L-Assemblea tal-Moviment tal-Fokolari tivvota għall-kunsilliera ġenerali
Illum ukoll kienet ġurnata ddedikata għall-votazzjoni: l-Assemblea Ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari ltaqgħet f’sessjoni plenarja biex tibda l-proċess ta’ votazzjoni għall-elezzjoni tal-kunsilliera tal-Moviment. Dan il-proċess jintemm għada.
Il-kunsilliera huma l-kollaboraturi l-aktar qrib tal-President u dawk li l-aktar tagħmel konsultazzjoni magħhom. In-numru ta’ kunsilliera rġiel hu l-istess bħal dak ta’ kunsilliera nisa u dan ikun indikat mill-President il-ġdida. Il-kunsilliera huma kollha fokolarini li għandhom il-voti perpetwi. Margaret Karram iddeċidiet li n-numru tagħhom ikun 22 u fil-jiem li ġejjien huma jkunu jafu l-ħidma li hi tafda f’idejhom.
Hemm diversi oqsma ta’ ħidma li huma jridu jagħtu sehemhom fiha: dawn ivarjaw mill-ekonomija sal-ħajja tat-talb; mill-ħarsien tal-ambjent sal-persuna f’komunikazzjoni; mill-kultura sal-evanġelizzazzjoni, kif ukoll ħidma li permezz tagħha jsegwu u jżommu relazzjoni mill-qrib ma’ pajjiżi u żoni ġeografiċi sħaħ. Il-President tista’ wkoll tafda f’idejhom ħidma speċifika.
Flimkien mal-President u l-Ko-president dawn jiffurmaw “iċ-Ċentru tal-Opra”, il-qalb li tħabbat tal-Moviment.
Għada jkomplu l-votazzjonijiet u nkunu nafu min huma t-22 kunsilliera.
Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Moviment tal-Fokolari
Be the first to comment