Eletti l-kunsilliera ġenerali  tal-Moviment tal-Fokolari – Team mid-dinja kollha

Assemblea Ġenerali – Djarju 11 – 4 ta’ Frar, 2021

Eletti l-kunsilliera ġenerali  tal-Moviment tal-Fokolari – Team mid-dinja kollha

Il-bieraħ u llum saru l-votazzjonijiet u ġew eletti t-22 kunsilliera ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari. Dawn ġejjien minn 16-il pajjiż f’4 kontinenti; huma ta’ età  bejn it-52 u s-70 sena u jirrappreżentaw il-multikulturalità li minnha jingħaraf  il-Moviment. Ħafna minnhom għamlu esperjenza f’diversi pajjiżi, u dan hu fatt importanti biex ikunu jafu sew karatteristiċi, bżonnijiet u sfidi tal-pajjiżi li fihom  jgħixu  dawk  li jħaddnu l-messaġġ tal-unità  tal-Moviment tal-Fokolari.

“Nitolbu għall-preżenza tal-Ispirtu s-Santu sabiex ikun Hu biss li jmexxina”, qalet il-bieraħ Margaret Karram, qabel ma bdiet il-votazzjoni għal dawn il-kunsilliera . Dan hu l-ewwel pass li ser isawwar  “iċ-Ċentru tal-Opra” l-ġdid. Fil-fatt, il-President il-ġdida issa ma ddumx ma li tagħti  lil kull wieħed  u waħda l-ħidma  fdata lilhom.

Il-ġurnata intensa tal-lum  intemmet b’sessjoni  ddedikata lill-preżentazzjoni u l-approvazzjoni  ta’ diversi mozzjonijiet.

Il-ħidma ta’ għada sseħħ fi plenarja b’sessjonijiet ta’ djalogu dwar il-linji u linji-gwida għas-sitt snin li ġejjien. Dawn li ġejjien huma l-ismijiet ta’ dawk li ġew eletti Kunsilliera u pajjiżhom:

Cuneo Chiara (Italy)
Escandell Silvia (Argentina)
Gomez Margarita (Spain)
Kempt Donna Lynn (USA)
Kobayashi Renata (Japan)
Koller Friederike (Germany)
Moussallem Rita (Lebanon)
Ngabo Bernadette (DR Congo)
Sanze Genéviève (Central African Republic)
Simon Renata (Germany)
Zanolini Clara (Italy)

Asprer Ray (Filippine)
Bartol Angel (Spagna)
Battiston Ruperto (Italia)
Brüschke Klaus (Brasile)
Canzani Francisco (Uruguay)
Dijkema Enno (Olanda)
Kenfack Etienne (Camerun)
Salimbeni Antonio (Italia)
Schwind Joachim (Germania)
St-Hilaire Marc (Canada)
Valtr Vit (Repubblica Ceca)

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. See our website data policy in the footer below.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.