Wara 10 ijiem, għall-Assemblea ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari issa ser tibqa’ fażi ġdida. L-elezzjoni tal-President il-ġdida, Margaret Karram u l-konferma tal-lum mis-Sante Sede dwar l-elezzjoni mġedda ta’ Jesus Moran, ġabu fi tmiemha l-ewwel parti tal-Assemblea,
Bħala l-ewwel att uffiċjali, għada l-President il-ġdida tistabbilixxi n-numru ta’ kunsillieri li l-Assemblea trid tivvota għalihom. Dan ma jistgħux ikun anqas minn 20, skont il-modifika li saret fl-Istatut Ġenerali tal- Moviment dan l-aħħar.
Fil-waqt li llum bdiet il-ħidma dwar l-orjentamenti u l-linji li l-Moviment irid jimxi fuqhom fis-sitt snin li ġejjien, mid-dinja kollha qed jaslu kliem ta’ ferħ u xewqat sbieħ lill-President il-ġdida. Dawn li ġejjien huma xi wħud minn dawk l-aktar sinifikattivi:
“Ħadna gost meta sirna nafu li ġejt eletta l-president il-ġdida tal-Moviment tal-Fokolari. (…) Għaxi int esperta fid-djalogu bejn il-kulturi (…) n-nomina tiegħek ser tkompli ssaħħaħ ix-xhieda ta’ unità bejn il-kulturi u r-reliġjonijiet. (…) Fil-waqt li nikkoperaw fi “Flimkien għall-Ewropa”, nixtiequ nkunu partner affidabbli biex nagħtu s-sehem tagħna għal kultura ġdida ta’ unità ”.
Fr. Hienrich Walter, Moviment Schoenstatt
“Għażiża Margaret, (…) nixtieq nifraħlek, anki f’isem Andrea Riccardi u l-Komunità kollha ta’ Sant’ Egidio għal din il-kariga hekk importanti (..). Ġa kien hemm diversi okkażjonijet fejn iltqajna(..) l-aktar minħabba fl-impenn għall-unità bejn il-Movimenti u “Flimkien għall-Ewropa”. (…). Fid-dinja tal-lum hemm bżonn li jinbnew pontijiet u rabtiet ta’ fraternità u din hi “vokazzjoni”, li l-istorja personali tiegħek u il-fatt li ġejja minn art ta’ daqshekk tbatija u kunflitt, tagħmlek sensibbli għaliha b’mod partikulari. (…) F’dan l-ispirtu ta’ aħwa, inkomplu l-ħbiberija tagħna bejn il-Moviment tal-Fokolari u l-Komunità ta’ Sant’ Egidio”.
Marco Impagliazzo , President tal-Komunita’ ta’ Sant’ Egidio.
“Il-Federazzjoni tal-Ħbiberiji Ebrajki-Nsara fl-Italja tesprimi l-awguri sinċieri għall-ħidma t-tajba fil-kariga tiegħek (...).Inġibu quddiem għajnejna d-dawl u l-kuluri tal-bliet tiegħek: Haifa, Los Angeles u Ġerusalemm, u nawguraw lil xulxin ħidma ta’ kollaborazzjoni fil-promozzjoni tad-djalogu ebrajk-nisrani u interreliġjuż”.
“F’isem l-Unjoni tal-Komunitajiet Iżlamiċi fl-Italja, bi pjaċir kbir nifirħulek għan-nomina tiegħek bħala President tal-Moviment tal-Fokolari. F’isem il-komunitajiet li nirrappreżenta, inġedded ir-rieda li naħdmu dejjem flimkien fit-triq tad-djalogu, tal-kondiviżjoni u tal-laqgħa, bit-tama li nistgħu niġbru frott ta’ paċi” – Yassime Lafram, President UCOII
“ L-Ordni tas-Santo Sepolcro twassal l-isbaħ xewqat tagħha lill-President il-ġdida tal-Moviment tal-Fokolari, Margaret Karram (..) Għarbija, Kattolika minn Haifa li dejjem tat is-sehem qawwi tagħha fl-attivitajiet għad-djalogu interreliġjuż, filwaqt li ħadmet għall-kultura tal-laqgħa fl-Art Imqaddsa”.
Għeżież qarrejja, qabel ma nagħlqu dan d-djarju, nixtiequ nitolbu l-kollaborazzjoni tagħkom. Qed jidhru dokumenti, ritratti u reġistrazzjonijiet tal-Assemblea ġenerali b’diversi mezzi. Inħossu li għandna nisħqu li din l-Assemblea mhijiex ġrajja publika. Għalhekk nitolbukom tgħinuna billi tħarsu r-riservatezza u li bl-ebda mod ma xxerrdu materjal li ma jkunx awtorizzat minn dan l-uffiċċju.
Be the first to comment