Ko-Governanza: korresponsabbililtà fit-tmexxija tal-ibliet illum

Dan ser ikun is-suġġett  għall-konferenza li ser issir fiċ-Ċentru Mariapoli ta’ Castel Gandolfo mis-17 sal-20 ta’ Jannar 2019. Din il-konferenza qed tkun organizzata mill-Moviment Umanità Ġdida, mill-Moviment tal-Politika għall-Unità u mill-“Associazione Città per la Fraternità”. Il-ħidma ta’ dawn il-jiem ser tiffoka fuq it-tmexxja tal-ibliet, in-networking ta’ bejniethom u fuq mudelli ta’ sostenibbiltà u għajxien flimkien. Esperti u protagonisti minn pajjiżi differenti ser ikunu preżenti biex jagħtu l-ħsieb u l-esperjenza tagħhom fuq diversi punti relatati mas-suġġett.

It-tmexxija tal-ibliet dejjem kienet biċċa xogħol kumplessa, iżda llum saret aktar iebsa għax trid twieġeb għall-ħtiġijiet ta’ soċjetà li qed tinbidel il-ħin kollu, li trid tiffaċċa problemi lokali u globali u li hi kundizzjonat minn żvilupp teknoloġiku bla rażan li jġib miegħu ċertu riskji. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu llum ser ikunu pjan li jiddetermina l-ġejjieni. Skont statistika tal-Ġnus Magħquda, aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja tgħix fl-ibliet li għandhom importanza strateġika, politika u kulturali qawwija ħafna u li qed isiru “social hubs” b’konnessjonijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, antropoloġiċi, komunikattivi. Qed jesprimu mudell ta’ identità ġdida mmarkata mill-parteċipazzjoni għax iċ-ċittadini kollha jagħmlu parti mill-istess familja umana u għandhom sehem mill-istess affarijiet komuni.

Dan juri l-ħtieġa ta’ ko-governanza u ta’ korresponsabbiltà fit-tmexxija tal-ibliet.It-temi prinċipali tal-konferenza ser ikunu: l-ippjanar urban, id-dinja diġitali u n-networking bejn l-ibliet, il-kultura ta’ korruzzjoni, iċ-ċittadinanza sħiħa għal kulħadd, l-ambjent u l-bidla fil-klima. Il-programm jinkludi wkoll workshops u working groups interkulturali li joffru opportunità ta’ diskussjoni dwar l-importanza tal-partiċipazzjoni u anki ta’ qsim dwar good practices u dwar networking bejn l-ibliet li jgħinu fit-tfassil ta’ policies innovattivi li jkunu siewja għall-quddiem.

Programm

Għal aktar informazzjoni: www.co-governance.org

 

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. See our website data policy in the footer below.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.