Run4Unity b’differenza!

L-edizzjoni  ta’  Run4Unity 2020  kienet eżerċizzju mill-aqwa biex nippromwovu u ngħixu l-għaqda bl-aktar mod konkret. Il-kollegamenti  bejnietna u mat-time zones differenti kienu koordinatai b’mod eċċellenti.

L-għan tar-Run4Unity  hu  li ssir esperjenza fejn, almenu għal ġurnata waħda,  inkunu nistgħu nduqu  l-paċi u l-għaqda tal-familja tal-bnedmin permezz  tal-għajxien  tar-Regola tad-Deheb.  F’din il-ġurnata ssir attivita’ simbolika: relay race dinjija  fejn kull time-zone tieħu sehem bejn il-11.00 ta’ filgħodu u nofsinhar, imbagħad tgħaddi l-istikka lil time zone oħra  biex hekk  bħal qisha tinfirex qawsalla ta’ paċi fuq id-dinja.

Fl-għodwa sabiħa tal-Ħadd 3 ta’ Mejju 2020, Malta kienet qiegħda propju tieħu sehem f’din l-inizjattiva. Ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19 żammewna milli ngħixu r-Run4Unity  f’xi post fil-miftuħ kif nagħmlu s-soltu, iżda ma waqqfuniex  milli b’xi mod ninġabru flimkien bħala familja waħda.  Konna aktar minn 50  u  magħna t-teenagers, tfal u żgħażagħ ingħaqdu  wkoll ġenituri u nanniet biex ikoll ħadna sehem attiv f’din l-inizjattiva.  Ingħaqdu magħna anki teenagers u l-familji tagħhom mill-Portugall; u meta ġejna biex ngħaddu l-istikka tar-relay race,  għaddejnieha  lilhom. Aħna konna rċevejna l-istikka mill-Art Imqaddsa, u tnejn minna, Maya u Lea, ħadu sehem fiz-ZOOM meeting ta’ hemmhekk. Kellmu lill-fokolarina Maltija li qiegħda f’fokolar f’Isreal, u anki lil teenagers oħra f’dak il-pajjiż u pajjiżi oħra. F’ħin minnhom kulturi, ilsna u reliġjonijiet differenti sabu ruħhom  miġbura  flimkien f’għaqda ta’ mħabba.

Iz-ZOOM relay f’Malta ġabet flimkien it-Teens for Unity  u  xi ħbieb tagħhom , xi membri mill-familja tal-Moviment tal-Fokolari  u xi  żgħażagħ mis-soċjeta’ tal- M.U.S.E.U.M.  Għexna mument flimkien li għamilna tassew kuntenti.

Video clip, li fih rajna x’sar fir-Run4Unity ta’ snin imgħoddija, kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi oħra fid-dinja, introduċiena għall-iskop ta’ din l-attivita’ dinjija. Fil-l-programm kellna ukoll sports event: eżerċizzju fiżiku online  organizzat mill-ħabiba tagħna Elwanda. Min seta’ jimmissja din il-parti tal-programm, għalkemm żgur li  kellu jċaqlaq mhux biss l-għamara minn postha, imma wkoll joħroġ xi ftit mill-comfort  zone tiegħu!

Din l-edizzjoni speċjali tar-Run4Unity fiż-żmien tal-pandemija tal-Covid-19 ġiet fit-tmiem tagħha bit-TIME-OUT, li hi t-talba li aħna nagħmlu flimkien għall-paċi.

L-edizzjoni  ta’  Run4Unity 2020  kienet eżerċizzju mill-aqwa biex nippromwovu u ngħixu l-għaqda bl-aktar mod konkret. Il-kollegamenti  bejnietna u mat-time zones differenti kienu koordinatai b’mod eċċellenti.

Grazzi kbira lil dawk kollha li organizzaw  ir-Run4Unity  u għamluha possibbli! Ejjew inkomplu nibnu pontijiet ta’ għaqda kulfejn inkunu.

1 Comment

  1. Yes, Run4unity was a beautiful moment of being together, to promote universal fraternity.v

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.