Għeluq tal-fażi djoċesana fil-proċess tal-Kawża tal-Beatifikazzjoni ta’ Chiara Lubich

Maria Voce, President tal-Fokolari, ssellem fl-aħħar taċ-ċeremonja meta sar l-għeluq tal-fażi djoċesana fil-proċess tal-Kawża tal-beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni ta’ Chiara Lubich

Katidral ta’ Frascati, 10 ta’ Novembru 2019

“Eċċellenza Mons. Raffaello Martinelli,
Eminenzi, Eċċellenzi, Awtoritajiet reliġjużi, ċivili u militari,

Għeżież,

Maria Voce. Photo ©CSCAudiovisi

Fl-aħħar ta’ din iċ-ċeremonja tal-għeluq tal-fażi djoċesana tal-Kawża ta’ beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni ta’ Chiara Lubich, nixtieq ngħid kelma ta’ ringrazzjament lil dawk kollha li taw sehemhom biex tinġabar ix-xhieda kollha f’dawn il-ħames snin ta’ ħidma intensa. Grazzi fuq kollox lill-Isqof tagħna, Mons Martinelli li ħa ħsieb u segwa l-ħidma kollha li kellha ssir, u li llum permezz ta’ dan l-att konklużiv qed jikkonsenja d-dokumentazzjoni kolllha li nġabret lill-Kongregazzjoni għall-Kawża tal-Qaddisin.

Nirringrazzja ħafna lill-qraba ta’ Chiara li llum jinsabu hawn flimkien magħna biex infaħħru u nirringrazzjaw lil Alla.

Żgur li x-xewqa waħdanija tagħna hi, li permezz ta’ din id-dokumentazzjoni wiesa’, aħna noffru lill-Knisja r-rigal li Chiara kienet għalina u għal ħafna oħrajn.

Chiara laqgħet il-kariżma li Alla ta b’koerenza, jum wara l-ieħor, u filwaqt li mxiet lejn il-milja tal-ħajja nisranija u l-perfezzjoni tal-imħabba, hi ntefgħet b’mod sħiħ biex tgħin lil ħafna oħrajn jagħrfu jimxu f’din it-triq ta’ ħajja evanġelika. Għamlet dan b’determinazzjoni dejjem imġedda biex twassal lil dawk li kienet tiltaqa’ magħhom jagħtu l-ewwel post ta’ ħajjithom lil Alla u “jitqaddsu flimkien”.

Issa qed naraw, li l-ħarsa tagħha u qalbha kienu dejjem imqanqla minn imħabba li kienet kapaċi tħaddan lill-bnedmin kollha, huma min huma, bla ebda differenza; dejjem lesta li tagħti sehemha biex jitwettaq it-testment ta’ Ġesù : Ut omnes unum sint.

Nifirħu lkoll għax nafu li issa l-Knisja ser tistudja u tivalorizza l-ħajja u l-virtujiet tal-qaddejja t’Alla, il-maħbuba tagħna Chiara.

Nistennew bi spirtu ta’ umiltà l-ġudizzju tal-Qdusija tiegħu l-Papa. U nitolbu lil Alla, biex għall-glorja tiegħu u għall-ġid ta’ ħafna, l-umanità u l-istorja jaslu għal żviluppi ġodda ta’ paċi, unità u fraternità universali, permezz tar-rikonoxximent tal-ħajja eżempjari ta’ Chiara. Grazzi.”


Read also: Chiara Lubich: Conclusion of the Diocesan phase of the Cause of Beatification


 

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.