Margaret Karram: Il-President il-ġdida tal-Moviment tal-Fokolari

See Press Release


Il-President tal-Moviment tal-Fokolari għas-sitt snin li ġejjien hi Margaret Karram, li twieldet Haifa, fl-Art Imqaddsa fl-1962.

L-elezzjoni li għaliha huma meħtieġa almenu żewġ terzi ta’ dawk preżenti għall-Assemblea ġenerali saret il-Ħadd 31 ta’ Jannar u ġiet approvata mid-Dikasteru għal-Lajċi, il-Familja u l-Ħajja, kif jitlob l-Istatut tal-Fokolari.

Il-President il-ġdida – li skont l-Istatut dejjem trid tkun mara – tmexxi l-Moviment għas-sitt snin li ġejjien.

Minħabba l-pandemija, l-Assemblea ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari li vvutat għall-President il-ġdida qed issir kollha online. Bdiet fl-24 ta’ Jannar li għadda u tispiċċa fis-7 ta’ Frar 2021. Hi t-tielet Assemblea ġenerali li qed issir wara l-mewt tal-fundatriċi Chiara Lubich.

Qed jieħdu sehem fiha 359 membri mid-dinja kollha u hemm rappreżentanza ta’ diversi kulturi, ġenerazzjonijiet, vokazzjonijiet, appartenenzi ekkleżjali u twemmin reliġjuż preżenti fil-Moviment tal-Fokolari.

Wara l-elezzjoni tal-President, fl-1 ta’ Frar ikun hemm l-elezzjoni tal-Ko-president, li skont l-Istatut irid ikun fokolarin saċerdot, u mbagħad l-elezzjoni tal-kunsilliera li jagħtu s-sehem tagħhom fit-tmexxija ċentrali tal-Moviment.

Aktar ‘l quddiem ikun hemm press release.

Lorenzo Russo – Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Moviment tal-Fokolari

Min hi Margaret Karram?


Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. See our website data policy in the footer below.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.