Jesús Morán elett għal darb’oħra Ko-president tal-Moviment tal-Fokolari

Dan hu t-tieni mandat għal Morán, li l-ħidma ewlenija tiegħu hi li jgħin u jikkollabora b’mod sħiħ ma’ Margaret Karam, li għadha kif ġiet eletta President.

L-Assemblea tal-Moviment tal-Fokolari laqgħet anki din l-elezzjoni b’applaws mondjali. U llum id-Dikasteru għal-Lajċi, il-Familja u l-Ħajja kkonferma din in-nomina. Jesús Morán reġa’ ġie elett Ko-president tal-Moviment tal-Fokolari; dan hu t-tieni mandat tiegħu, wara li għadu kif temm l-ewwel wieħed qrib Maria Voce.

Jesús Morán għandu 64 sena; twieled f’Navalperales de Pinares, Avila, Spanja. Iltaqa’ mal-messaġġ evanġeliku li jipproponi l-Moviment tal-Fokolari meta kien student universitarju permezz tax-xhieda ta’ xi wħud minn sħabu. Illawrja fil-Filosofija fl-Università Awtonoma ta’ Madrid, u mbagħad fit-Teoloġija Dommatika fl-Università Pontifiċja Kattolika f’Santiago, il-Ċile. Għandu dottorat fit-Teoloġija mill-Università Pontifiċja tal-Lateran, f’Ruma.

Mill-1996 sal-2004 hu kien id-delegat tal-Moviment tal-Fokolari għaċ-Ċile u l-Bolivja, fejn kien ordnat saċerdot fil-21 ta’ Diċembru 2002. Mill-2004 sal-2008 kien ko-responsabbli tal-Moviment fil-Messiku u Kuba.

Fl-Assemblea Ġenerali tal-Fokolari li saret fl-2008, hu kien elett kunsillier ġenerali, u ġie inkarigat mill-aspett tal-formazzjoni kulturali ta’ dawk li jagħmlu parti mill-Moviment. Fl-2009 beda jagħmel parti mill-Iskola Abba, ċentru interdixxiplinari ta’ studju tal-Moviment, bis-sehem tiegħu fl-antropoloġija  teoloġika u t-teoloġija morali. Mill-2014 sal-lum hu kien ko-president tal-Moviment.

Il-ħidma tal-ko-president

L-ewwel dmir tiegħu hu li jgħin u jikkollabora mal-president. L-Istatut tal-Moviment tal-Fokolari jitkellem dwar “unità profonda mal-president” biex tkun tista’ tiżen ideat u deċiżjonijiet, fi smigħ u tiftix komuni tar-rieda t’Alla.

Hu responsabbli tas-saċerdoti li jaderixxu għall-Moviment, u jara l-ħajja interna u l-attivitajiet tal-Moviment ikunu konformi mat-twemmin u l-morali tal-Knisja.

 Stefania Tanesini

Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Moviment tal-Fokolari

 

1 Comment

  1. I have been united with you all in this unique circumstance; I confirm my total and unconditional UNITY with one and all ANDcontinue to pray for the new President and Co-President so that all the Work of Mary, the world over, will continue to give witness to greater UNITY.
    TANTISSIME PREGHIERE ALLA nUOVA pRESIDENTE E CO-PRESIDENTE con tutta la mia uniota sempre. E con un grazie molto sentito a Emmaus che per 12 anni si e’ impegnata con tuto il Centro e l’Opera aportare avanti il Dopo Chiara.
    Grazie Emmaus e tutti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. See our website data policy in the footer below.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.