Messaġġ ta’ Maria Voce f’gheluq il-100 sena mit-twelid ta’ Chiara Lubich

Messaġġ ta’ Maria Voce, President tal-Moviment tal-Fokolari

Watch video

Chiara Lubich twieldet fit-22 ta’ Jannar 1920; illum hu għeluq il-mitt sena mit-twelid tagħha, Mid-dinja kollha jitla’ innu ta’ radd il-ħajr lejn is-Sema għad-don li Alla ta lid-dinja bi twelidha.

Chiara kienet mara li għexet biex il-bnedmin jiskopru mill-ġdid li huma aħwa ta’ xulxin. Għexet biex tinbena l-familja ta’ wlied Alla, magħquda bl-imħabba lejn xulxin. Għamlet dan jum wara l-ieħor, filwaqt li bniet rabtiet ma’ dawk kollha li ltaqgħet magħhom bla ma qieset ebda differenza ta’ kultura, reliġjon, etnija jew eta’. Chiara kienet konvinta li Alla hu Missier ta’ kulħadd, u allura li l-bnedmin huma lkoll aħwa ta’ xulxin.

Nemmen li l-messaġġ tagħha ta’ unita’ għadu importanti u jgħodd bi sħiħ għad-dinja tal-lum, fejn il-ħin kollu naraw jinbtu kurrenti ta’ firda u ta’ interessi politiċi dojoq u jinbnew ħitan u fruntieri ġodda. Inħoss ħerqa kbira li tqanqalni biex għal darb’oħra niffukaw fuq l-iskop waħdieni tagħna, li hu l-istess għalina lkoll: ngħixu u naħdmu biex nibnu dinja li hi differenti minn dik li ngħixu fiha, dinja magħquda, skont il-ħsieb ta’ Ġesu’: “Ħa jkunu lkoll ħaġa waħda”.

Kien għalhekk li għażilna“Niċċelebraw biex niltaqgħu” bħala t-titlu għal dan iċ-Ċentinarju.
Ma nixtiequx li dan ikun tfikira b’nostalġija, imma li jkun okkażjoni biex wieħed ikun jista’ jiltaqa’ ma’ Chiara. Hi għadha tgħix fl-ispirtu li qasmet magħna, fil-Moviment li waqqfet u f’numru bla għadd ta’ nies fid-dinja kollha li mxew warajha.

Għalhekk nistieden lilkom ilkoll li ltqajtu ma’ Chiara u mal-kariżma tagħha – kemm jekk tagħmlu parti mill-Moviment u anki jekk m’għadkomx tagħmlu parti minnu – biex tgħixu dik li naħseb li hi l-karatteristika ewlenija tagħna: li nkunu nies li nibnu relazzjonijiet u li nilqgħu lill-oħrajn bla preġudizzji, prekonċezzjonijiet u aġendi, nies li nibnu pontijiet.

Ejjew niċċelebraw l-anniversarju tat-twelid ta’ Chiara. Ejjew inwasslu l-messaġġ tagħha, il-ħolma tagħha ta’ għaqda. Ejjew niċċelebraw u nagħmlu dan flimkien – Chiara tista’ tarana u tridna magħqudin – billi nieħdu sehem fil-ġrajjiet li ser isiru fid-dinja kollha, b’mod speċjali f’dawk li ser isriu fi Trento, il-belt fejn twieldet, u fiċ-Ċentru Internazzjonali tal-Moviment, hawnhekk f’Rocca di Papa.

Nistennew b’ħerqa li niltaqgħu!

Maria Voce
President tal-Moviment tal-Fokolari
Rocca di Papa, 22 ta’ Jannar 2020


 

3 Comments

  1. I met Chiara’s Ideal 44 years ago and I can still feel the freshness of the Charism which continues to renew me into a better Christian- a person attentive to love each person I come across without distinction as Jesus does

  2. Since the very moment I got to know Chiara I was conquered by the lifestyle she proposed: to be a person who can create relationships and welcome others without prejudices, without preconceptions and without agendas, and a bridge for others.

Leave a Reply

Your email address will not be published. See our website data policy in the footer below.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.