Assemblea Ġenerali – Djarju 10 – 3 ta’ Frar, 2021

L-Assemblea tal-Moviment tal-Fokolari tivvota għall-kunsilliera ġenerali 

Illum  ukoll kienet  ġurnata ddedikata għall-votazzjoni: l-Assemblea Ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari ltaqgħet f’sessjoni plenarja biex tibda l-proċess ta’ votazzjoni għall-elezzjoni tal-kunsilliera tal-Moviment. Dan il-proċess jintemm għada.

Il-kunsilliera huma l-kollaboraturi l-aktar qrib tal-President u dawk li l-aktar tagħmel konsultazzjoni  magħhom. In-numru ta’ kunsilliera rġiel hu l-istess bħal dak ta’ kunsilliera nisa u dan ikun indikat mill-President il-ġdida. Il-kunsilliera huma kollha fokolarini li għandhom il-voti perpetwi. Margaret Karram iddeċidiet li n-numru tagħhom ikun 22  u fil-jiem li ġejjien huma jkunu jafu l-ħidma li hi tafda f’idejhom.

Hemm diversi oqsma ta’ ħidma li huma jridu jagħtu sehemhom fiha: dawn ivarjaw mill-ekonomija sal-ħajja tat-talb; mill-ħarsien tal-ambjent sal-persuna f’komunikazzjoni; mill-kultura sal-evanġelizzazzjoni, kif ukoll ħidma li permezz tagħha jsegwu u jżommu relazzjoni mill-qrib ma’ pajjiżi  u żoni ġeografiċi sħaħ. Il-President tista’ wkoll tafda f’idejhom ħidma speċifika.

Flimkien mal-President u l-Ko-president dawn jiffurmaw “iċ-Ċentru tal-Opra”, il-qalb li tħabbat  tal-Moviment.

Għada jkomplu l-votazzjonijiet  u nkunu nafu min huma t-22 kunsilliera.

Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Moviment tal-Fokolari

Source: https://www.focolare.org/en/news/2021/02/03/voting-has-started-for-the-men-and-women-general-councilors/

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.