“Kif qtajt minn magħha, ħassejtni tant kuntenta.”

Bħal ħafna oħrajn tal-eta’ tiegħi, qed nobdi d-direttivi tad-dipartiment tas-saħħa u  f’dawn il-ġimgħat ma ħriġt xejn mid-dar.  Ngħix waħdi u ngħaddi l-biċċa l-kbira tal-ġurnata tiegħi waħdi, allura napprezza kull ċans ta’ komunikazzjoni mal-membri tal-familja, mal- ħbieb u ma’ dawk li naqsam magħhom l-ispiritwalita’ tal-unita’.  Iżda kien mument tassew sabiħ meta ċempel it-telefon, u nisma’ l-leħen ta’ żagħżugħa tistaqsini kif jien. Kienet waħda mill-Ġen (iż-Żgħażagħ tal-Moviment tal-Fokolari)!

Jien, mara ta’ kwazi 80 sena u ma’ din iż-żagħżugħa għixna mument  ta’ komunjoni; stajt naqsam magħha kif qed nipprova ngħix il-mument preżenti u nagħraf il-wiċċ ta’ Ġesu’ msallab fit-tbatija ta’ din is-sitwazzjoni.

Kif qtajt minn magħha ħassejtni tant kuntenta.  Mhux biss apprezzajt il-ġest sabiħ ta’ din it-tfajla imma permezz tagħha għaraft ukoll l-imħabba t’Alla għalija.

Din ma kienetx l-unika darba li smajt dan l-istess leħen fuq it-telefon!

S.F. (Malta)

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.