Assemblea Ġenerali – Djarju 7 – 30 ta’ Jannar, 2021

Ħarsa wara l-kwinti

Waqt li llum l-Assemblea kompliet taħdem fuq il-prijoritajiet u l-linji li trid timxi fuqhom fis-sitt snin li ġejjien, xtaqna nagħtu ħarsa lejn dak li qed isir wara l-kwinti biex insiru nafu lil dawk li qed iħaddmu dikil-magna” li qed tagħmel din il-ġrajja possibbli. Minħabba li qed issir b’mod telematiku hemm bżonn network ta’ kollaboraturi u tekniċi speċjalizzati f’diversi oqsma, li wieħed ma jistax jaħdem mingħajrhom, mhux biss għax kollox qed isir fuq pjattaforma diġitali, imma wkoll biex tkun garantita l-validità ġuridika ta’ din l-Assemblea.

Fit-team tekniku tal-Assemblea tal-Moviment tal-Fokolari hemm 73 persuna. Ħafna jinsabu fiżikament fis-sede internazzjonali tal-Moviment f’Rocca di Papa, l-Italja, fil-waqt li oħrajn qed jagħtu l-ħidma tagħhom minn diversi pajjiżi tad-dinja: il-Brażil, il-Filippini, Franza, Guatemala, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, Spanja, it-Tajlandja u l-Istati Uniti.

20 persuna qed jaħdmu fil-qasam tal-informatika; dawnqed jieħdu ħsieb il-paġni tal-internet u diversi applikazzjonijiet oħra. 14 operators, li huma maqsuma f’żewġ gruppi qed jieħdu ħsieb id-diversi video-conferences. Hemm 34 oħra li qed jagħmlu t-traduzzjonijiet: ħidma ta’ kollaborazzjoni li qed issir minn 7 pajjiżi biex il-parteċipanti jkollhom it-traduzzjoni b’5 lingwi: Franċiż. Ingliż, Taljan, Portugiż u Spanjol. Imbagħad hemm team ta’ 5 persuni li qed jieħu ħsieb il-kordinament ġenerali tat-teams tekniċi kollha.

Iżda kif qalilna Francesco Mazzarella, li qed jaħdem minn Sqallija f’wieħed mit-teams tal-video-conferencing, din hi aktar minn network ta’ kollaboraturi jew tekniċi speċjalizzati. Kitbilna hekk:

Wara l-assemblea li qed issir online hemm grupp ta’ nies li jinsabu mifruxa mad-dinja kollha, il-“famużi” tekniċi, li saru jafu lil xulxin u nħolqot bejniethom rabta li tmur ‘l hemm mill-aspett tekniku.Bejnietna twieldet relazzjoni spiritwali, li kibret bil-mod il-mod, permezz ta’ mixja li nistgħu nsejħulha tekno-relazzjoni.

Xi drabi wieħed ma jaħsibx dwar dak kollu li jkun qed jiġrisabiex ġrajja tkun tista’ sseħħ. Illum għandna l-isfida tal-Web, bl-inċertezzi u l-isfidi li ġġib magħha, u anki l-possibbiltajiet li hemm marbuta magħha.    

L-isfida ta’ din l-Assemblea hi li jirnexxilna nimmaniġġaw  mingħajr ma naraw lil xulxin, mingħajr ma nistgħu fiżikament inkunu flimkien.

L-akbar sfida għat-tekniku hi li jaqsam ma’ oħrajn l-kompetenzi li jkun kiseb bl-għaraq ta’ xbinu u bl-istudju, li jkun hemm xi xorta ta’ qsim b’fiduċja. Ħa nispjega: għalkemm tekniku jkun għażel li jaħdem billi jsegwi l-prinċipji tal-ispiritwalità tal-unità, dejjem jibqa’ professjonista, għajjurgħax-xogħol u l-kompetenzi tiegħu. Mhux faċli li jaqsam ma’oħrajn metodi u proċeduri li jkun wasal għalihom b’ħafna xogħol u studju. Meta tagħmel dan tkun qed tagħmlu b’att ta’ fidi, għax ikollok fiduċja fl-ieħor li taf li qiegħed hemm biex iħobb, tagħmlu għax temmen li trid tagħti lilek innifsek biex tibni l-Assemblea.  Ġabra flimkien ta’ konnessjonijiet telematiċi u ta’ qlub hi propju l-bażi tekno-relazzjoni ta’ din l-avventura msejħa Assemblea online.

Is-soltu, il-preżenza tat-tekniċi toħroġ fid-dieher biss meta xi ħaġa ma tiffunzjonax tajjeb. F’din l-Assemblea l-affarijiet huma differenti: bil-ħidma u “l-istil” tagħhom qed jibnu din il-ġrajja kuljum. Grazzi lil kulħadd !

Uffiċċju informazzjoni Moviment tal-Fokolari

 

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.