Ftit jiem ‘l bogħod mir-rutina tas-soltu

Tixtieq ftit jiem ‘l bogħod mir-rutina tas-soltu biex tiskopri mill-ġdid is-sabiħ tal-ħajja? Il-Mariapoli tista’ tkun it-tweġiba

Din hi l-laqgħa li l-Moviment tal-Fokolari jorganizza kull sena u li hi miftuħa għal nies ta’ kull eta’ u minn kull qasam tal-ħajja. Ser issir mill-Ġimgħa 2 ta’ Novembru sal-Ħadd 4 ta’ Novembru 2018 fir-Ramla Bay Resort, il-Marfa.

Il-programm jikkonsisti f’riflessjonijiet, esperjenzi, mużika, workshops u attivitajiet varji li jiffukaw fuq il-bini ta’ dinja ta’ għaqda u sliem, xi ħaġa li nistgħu nkomplu ngħixuha fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Għal aktar informazzjoni:
ĊENTRU TAL-MOVIMENT TAL-FOKOLARI:

Tel. 2138 5801, email: focolare.malta@outlook.com