Mixja “id f’id” — Il-Kunsill Dinji tal-Knejjes u l-Moviment tal-Fokolari

Fit-28 ta’ Novembru, il-Kunsill Dinji tal-Knejjes ta merħba lil Margaret Karram, president tal-Moviment tal-Fokolari, lil Jesús Moran, ko-president u lil xi membri oħra tal-Moviment li marru jżuru liċ-Ċentru Ekumeniku fejn saru wkoll diskussjonijiet dwar l-għaqda, ir-rikonċiljazzjoni, il-bini ta’ relazzjonijiet fil-qasam interreliġjuż, Fidi u Ordni, komunikazzjoni (…).

Waqt din il-laqgħa, ir-Rev. Prof. Dr Ioan Sauca, l-acting-segretarju ġenerali tal-Kunsill Dinji tal-Knejjes (KDK), wera l-apprezzament tiegħu għall-ħidma ta’ kollaborazzjoni li ssir mill-KDK u l-Moviment tal-Fokolari, ħidma li ma saretx biss fil-passat, imma li għadha sseħħ sal-lum, infatti semma’ dik li saret dan l-aħħar waqt il-11 Assemblea tat-KDK f’Karlsruhe. Tkellem dwar l-importanza ta’ din il-kollaborazzjoni u sapport li t-tnejn jagħtu lil xulxin bħala servizz fil-mixja lejn il-ġustizzja, ir-rikonċiljazzjoni u l-għaqda.

Ir-Rev. Prof. Dr Ioan Sauca ta fil-qosor l-istorja twila li matulha seħħet tant koperazzjoni siewja bejn dawn iż-żewġ realtajiet. Qal li Nsara minn Knejjes differenti, li jagħmlu parti mill-Moviment tal-Fokolari, dejjem ikunu parti mid-delegazzjonijiet li jieħdu sehem fl-assembleji tal-KDK. Meta kkumenta dwar l-impenn ta’ Margaret Karram fil-qasam tad-djalogu, saħaq li l-impenn tagħha biex tippromwovi d-djalogu bejn Insara, Lhud u Musulmani hu ta’ ispirazzjoni li tmur ‘l hemm mill-Moviment tal-Fokolari li jinsab fid-dinja kollha.

Din kienet ukoll okkażjoni biex l-istaff tal-KDK u rappreżentanti tal-Fokolari setgħu jiddiskutu dwar oqsma diversi ta’ kolloborazzjoni, anki dawk fil-ġejjieni, u biex qasmu bejniethom esperjenzi dwar l-unita’ u l-ekumeniżmu. Rev. Prof. Dr Jerry Pillay KDK, segretarju ġenerali-elett kellu kliem ta’ tifħir dwar il-modi differenti li l-komunita’ tal-Fokolari u l-KDK użaw matul s-snin biex jaqsmu ideat u ispirazzjonijiet. Qal: “Ikkollaborajna flimkien fuq livelli differenti”.

Meta kien imiss lil Margaret Karram biex tgħaddi l-messaġġ tagħha lil dawk preżenti, hi esprimiet il-ferħ li kienet qed tħoss waqt din iż-żjara fiċ-ċentru tal-KDK, li kienet qed issir f’għeluq l-20 sena minn meta Chiara Lubich, il-fundatriċi tal-Fokolari, għamlet l-aħħar żjara tagħha hemmhekk.

Qalet: “Għoxrin sena ilu, Chiara Lubich, il-fundatriċi tal-Moviment tal-Fokolari ġiet hawn fuq stedina ta’ Konrad Raiser, is-segretarju ġenerali ta’ dak iż-żmien u tal-Prof. Ioan Sauca. llum inħossni grata li ninsab hawn magħkom ilkoll biex infakkru dan l-anniversarju. U nfaħħar lil Alla, għax naf li qed nimxi fuq art li nħares lejha bħala art sagra”.

Fl-waqt li wriet ir-rieda u l-ħeġġa biex it-tnejn ikomplu mexjin flimkien, hi qalet: “Nixtieq inżid: mhux biss nimxu flimkien, imma nimxu wieħed ħdejn l-ieħor, nimxu flimkien id f’id (…). Dan hu li nixtieq inwiegħed”.

Source: WWC

Full speech by Margaret Karram

Photo gallery on the Focolare leadership visit to the WCC


 

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.