Anki Ġesù staqsa “għaliex”

Fil-Ġimgħa Mqaddsa jimpressjonawni żewġ affarijiet: il-biża’ ta’ Ġesù – “beda’ jaħkmu l-biża” – u t-talba tiegħu lill-Missier biex jeħilsu mill-piż kbir li kien qed iħoss fuqu.

Kemm drabi aħna wkoll ninħakmu mill-biża’ (…) nibżgħu minħabba f’elf ħaġa. Ejjew inpoġġu l-qtar tal-biża’ tagħna mal-biża’ kbir tiegħu!

U kemm drabi jiġi f’moħħna li nagħmlu xi mistoqsija lil Alla, u propju waqt li nkunu qed naħsbu dwar il-mistoqsija li nixtiequ nagħmlu, nifhmu li għandna ngħixu r-rieda tiegħU, li tkun differenti minn dak li naħsbu aħna.

Iżda forsi dik il-mistoqsija tiswa, (…) forsi hemm raġuni għalfejn nistaqsu “għaliex”.  Anki Ġesù staqsa “għaliex” u hekk wera li hu qrib tagħna, li hu tassew bniedem!

Chiara Lubich, 25.3.1967

 

 

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.