Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

"Marija, Għalliema tal-Ħajja"

Posted on February 11, 2019August 13, 2026 By Website Editor 1 Comment on "Marija, Għalliema tal-Ħajja"

Għalkemm għaddew bosta snin mill-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes, ir-riflessjoni ta’ Igino Giordani dwar din il-ġrajja għadha tqanqalna biex nistaqsu lilna nfusna dwar il-ħajja ta’ madwarna.

“Il-Madonna dehret lil Bernardette  b’mod li ħadd ma kien jistennieh: Marija mnissla bla tebgħa tiddi bil-ġmiel tas-safa tagħha fuq miżbla; bħal qisu riedet tgħid li kellha tkun Hi  li għandha ssaffi  d-dinja minn dak il-ħama li jħassar il-valuri.

Marija, bint in-nies komuni li twieldet f’raħal umli fejn kienu jgħammru nies foqra, dehret lil Bernardette, bint il-ħaddiema  ta’ raħal umli fejn kienu jgħixu nies tal-muntanji. Marija dehret lil Bernardette propju ftit wara li l-Papa Piju IX kien  ipproklama d-domma tal-Kunċizzjoni fl-1854. B’din id-domma l-Papa wera l-kuntrast qawwi  bejn l-ideal tas-safa, inkarnat f’Omm Alla u li nsibuh  fit-tagħlim u l-għixien nisrani,  u t-taħsir li jiġi mill-vizzji u l-passjonijiet bla rażan li kurrenti filosofiċi materjalisti  jippromwovu  u li  politika interessata fil-qerda tal-etika tal-Knisja titkellem dwarhom. (…)

Marija, liebsa l-abjad  u l-ikħal, tirrappreżenta l-Ideal tal-Ħajja kontra l-Mewt, li qabilha jiġi l-vizzju.  Jekk Eva tat-Testment il-Qadim ċediet għall-għadu sa mill-ewwel laqgħa li kellha miegħu, Eva l-Ġdida ħelset minnu sa mit-tnissil tagħha, għax għall-merti tal-Iben li kellu jitwieled minnha hi ġiet mogħtija l-privileġġ li tkun imnissla bla tebgħa.

Hekk,  fil-ħajja tal-bniedem  daħal element ġdid: is-safa assolut, l-umanita’ bla tebgħa: dik il-qdusija divina li l-bniedem jeħtieġ biex ma jibqax miexi fit-triq tat-taħsir morali u intellettwali. It-Tnissil bla tebgħa jfisser forza radikali divina li tista’ taqleb ta’ taħt fuq  il-mixja tal-istorja li qabdet it-triq tal-qerda.

It-tifsira tad-dehriet u tal-mirakli  faċli nifhmuha, u għalhekk ġiet mogħtija  lil tfajla sempliċi, bla skola. Hi universali, infirxet fost nies ġejjien minn kull klassi, minn kull post u kategorija. Is-safa hu kundizzjoni essenzjali (…) għal kulħadd u  dejjem,  iżda l-aktar  fi żmienna meta biex ngħollu l-valur  tal-ġisem qed inbaxxuh b’taħsir kontra n-natura.

Il-Knisja, Għalliema tal-Ħajja, toffrilna lil Dik li hi bla tebgħa: ideal ta’ ġmiel bla ebda dellijiet. Toffrilna  lil Dik li hi Omm u Verġni: hi  tagħtina lil Ġesu’, ‘It-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja” li hu s-Saħħa tal-umanita’.

( Iġino Giordani, It-Tifsira ta’ Lourdes, Citta’ Nuova n.3, 5/2/1958, p.5 )

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Spiritwalita'

Post navigation

Previous Post: Ma tifhimhiex
Next Post: Hemm imħabba u mħabba

Comment (1) on “"Marija, Għalliema tal-Ħajja"”

  1. Anna Caruana Colombo says:
    February 11, 2019 at 12:05 pm

    Kemm hija sabiha. Mal Modonna ta’ Lourdes nahsbu fil-morda. Hawn niftakru ukoll fis-sbuhija tas-safa u is-semplicita’.

    Reply

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Beatification ceremony – Fr Silvano Cola

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO