Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Covid-19: "Ma nħallux il-biża’ jwaqqafna"

Posted on June 22, 2020September 23, 2026 By Website Editor No Comments on Covid-19: "Ma nħallux il-biża’ jwaqqafna"

Maria Voce, President tal-Fokolari, lill-“Elijah Interfaith Institute” ta’ Ġerusalemm

“Dak kollu li jiġri fil-ħajja jitmexxa mill-Awtur tal-istorja, li hu Alla, u Alla jrid il-ġid tal-bnedmin […]. Anki jekk xi drabi l-libertà tal-bniedem twassal għall-konsegwenzi negattivi, imma Alla hu kapaċi […]  joħroġ it-tajjeb anki minn dawn is-sitwazzjonijiet negattivi”. Skont Maria Voce, il-President tal-Moviment tal-Fokolari, din  hi l-akbar tagħlima li l-kriżi tal-coronavirus qed toffri lill-bnedmin.

F’intervista li tat għar-Rabbi Alon Goshen-Gottstein, direttur tal-Elijah Interfaith Institute  ta’ Ġerusalemm, iI-President tal-Fokolari tkellmet ukoll dwar benefiċċji oħra tal-pandemija: “F’dan iż-żmien qed toħroġ  aktar l-importanza ta’ ċertu valuri, bħas-solidarjetà, l-ugwaljanza fost il-bnedmin, it-tħassib dwar l-ambjent”. Id-dinja toħroġ aħjar minn din il-kriżi jekk nagħrfu “negħlbu l-firdiet marbuta mal-preġudizzji, mal-kultura, biex naraw  li aħna lkoll aħwa li nagħmlu parti mill-familja kbira ta’ wlied Alla”.

Maria Voce kompliet tgħid li jekk inħarsu madwarna naraw bosta eżempji ta’ solidarjetà. Qalet li l-isforz ta’ tant tobba u infermiera li jfittxu li jqanqlu fiduċja, li jagħtu tbissima, li jbatu meta jaraw li ma jirnexxilhomx isalvaw il-ħajja, qed iħalli effett kbir u jkompli jsaħħaħ lil dawk il-pazjenti li jirnexxilhom ifiequ. Qalet ukoll: “Fil-Moviment tagħna, ħafna nies poġġew ruħhom għad-dispożizzjoni ta’ min hu qrib tagħhom biex jgħinuh fil-bżonnijiet li jkollu; ħafna tfal taw l-affarijiet tal-logħob tagħhom lil tfal oħra biex dawn ukoll ikollhom xi ftit ta’ faraġ”. Osservat li anki fejn jidħlu r-relazzjonijiet internazzjonali hemm eżempji ta’ solidarjetà, l-aktar fil-qasam mediku u fuq livell ta’ ħsieb ekonomiku.

Iżda saħqet  li minkejja din ix-xhieda ma nistgħux inwarrbu l-isfidi li din il-kriżi qiegħda ġġib magħha. Qalet li flimkien ma’ dawk personali hi kellha quddiemha l-isfidi ta’ tmexxija ta’ moviment internazjonali, u li kellha: “ tieħu deċiżjonijiet li jġibu magħhom diffikultajiet fuq livell personali u ekonomiku”. Kompliet tgħid: “Ħassejt li kelli nsejjaħ lill-kollaboraturi diretti tiegħi biex fid-deċiżjonijiet li nieħdu flimkien inpoġġu l-interess tal-persuni  qabel kull interess ieħor”.

Qalet li ma nistgħux niċħdu li qed ngħixu f’sitwazzjoni li ġabet magħha l-biża’, imma  “jeħtieġ nitgħallmu ngħixu f’din is-sitwazzjoni ta’ biża’ filwaqt li ma nħallux il-biża’ jwaqqafna”. Jeħtieġ li ngħixu ankrati fil-preżent. Temmet l-intervista tagħha billi kkwotat kliem ta’ Chiara Lubich, il-fundatriċi tal-Fokolari: “L-imħabba biss tkeċċi l-biża’, u fejn hemm l-imħabba perfetta m’hemmx biża’. Mela, jekk inżidu l-imħabba, jonqos il-biża’ għax l-imħabba tgħinna nagħmlu dawk l-azzjonijiet li l-biża’ tfittex li tikkondizzjona meta niġu biex nagħmluhom”.


To watch the full interview click here

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Aħbarijiet, Spiritwalita'

Post navigation

Previous Post: It-tweġiba malajr waslet
Next Post: “Fikom jien sibt familja oħra”

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO