Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Frar[:]

Posted on February 1, 2021February 1, 2021 By Website Editor No Comments on [:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Frar[:]

[:mt][:mt]Download pdf

“Ħennu, bħal ma hu ħanin Missierkom” (Lq 6, 36).

San Luqa l-Evanġelista jħobb juri l-kobor tal-imħabba t’Alla billi jisħaq fuq kwalità partikulari tal-imħabba fl-aqwa tagħha: il-ħniena.

Fil-Bibbja, il-ħniena tixbah lill-imħabba ta’ omm, dik li biha Alla jieħu ħsieb il-ħlejjaq tiegħu, jerfagħhom, ifarraġhom, jilqagħhom bla ma qatt jgħejja. B’fomm il-profeta Isaija, il-Mulej iwiegħed lill-poplu tiegħu: “Bħalma omm tfarraġ lil binha, hekk jiena nfarraġ lilkom u f’Ġerusalemm titfarrġu”[1].

Din il-kwalità hi magħrufa sew fit-tradizzjoni Iżlamika: fost id-disgħa u disgħin Ismijiet Sbieħ t’Alla, dawk li l-fidili Musulmani jlissnu l-aktar huma ‘Alla Ħanin’ u ‘Alla li Jaħfer’.

Din il-paġna tal-Vanġelu turina ’l Ġesù jkellem folla kbira ta’ nies, li kienu ġejjin anki minn bliet imbiegħda u b’kuraġġ kbir jgħidilhom biex: jimitaw lil Alla l-Missier, propju fl-imħabba tiegħu mimlija ħniena.

Għalina din tidher xi ħaġa li qatt ma nistgħu naslu għaliha!

“Ħennu, bħal ma hu ħanin Missierkom”.

Fil-Vanġelu nsibu li jekk irridu nimitaw lill-Missier jeħtieġ li qabelxejn nimxu wara Ġesù kuljum u nitgħallmu minnu kif inkunu aħna l-ewwel li nħobbu, l-istess kif Alla dejjem jagħmel magħna.

Din hi esperjenza spiritwali mfissra mit-teologu Luteran Bonhoeffer (1906-1935): “Il-komunità nisranija tkanta kuljum: “Ħniena rċevejt”. Irċevejt dan id-don  anki meta għalaqt qalbi għal Alla; […] meta ntlift u ma sibtx it-triq biex immur lura għandu. Iżda l-kelma tal-Mulej resqet lejja. Għalhekk jien fhimt: hu jħobbni. Ġesù biss sabni, kien qrib tiegħi, farraġni, ħafer l-iżbalji kollha tiegħi u m’akkużanix tal-ħażin li għamilt. Meta jien kont għadu tiegħu u ma kontx inħares il-kmandamenti tiegħu, hu ġab ruħu miegħi ta’ ħabib. […] Inħossha bi tqila biex nifhem għaliex il-Mulej iħobbni daqshekk, għaliex jien daqshekk għażiż għalih. Ma nistax nifhem kif hu rnexxielu u ried jirbaħ lil qalbi b’imħabbtu; nista’ ngħid biss: “iIqajt fija l-ħniena”[2].

“Ħennu, bħal ma hu ħanin Missierkom”.

Din il-Kelma tal-Vanġelu tistedinna nibdlu ħajjitna mill-qiegħ. Kull darba li xi ħadd joffendina, minflok ma naqbdu t-triq tal-akkuża, tal-ġudizzju u tat-tpattija, naqbdu dik tal-maħfra u tal-ħniena.

Biex nagħmlu dan, aktar milli nwettqu xi dmir iebes, nistgħu nilqgħu mingħand Ġesù l-grazzja li permezz tagħha ngħaddu mill-mewt tal-egoiżmu tagħna għall-ħajja vera tal-komunjoni. Kollna ferħana niskopru li nkunu rċevejna l-istess DNA tal-Missier, li ma jikkundanna lil ħadd darba għal dejjem, imma jagħti lilna lkoll ċans ieħor, u jiftħilna orizzonti ta’ tama.

Din l-għażla tgħinna wkoll inħejju l-art għal rabtiet ta’ aħwa, li fihom tista’ tinbet u tikber komunità ta’ bnedmin li darba għal dejjem tkun deċiża li tgħix fis-sliem u fl-għaqda.

“Ħennu, bħal ma hu ħanin Missierkom”.

F’meditazzjoni dwar dik is-silta mill-Vanġelu ta’ San Mattew[3] li tkellimna fuq il-beatitudni tal-ħniena, Chiara Lubich tissuġġerixxi: “Il-ħniena u l-maħfra nsibuhom fil-Vanġeli kollha. […] U l-ħniena hi propju dik l-aħħar espressjoni tal-imħabba, tal-karità, dik li ssaħħaħha, jiġifieri li twassalha għall-perfezzjoni. […] Mela ejjew infittxu ngħixu din il-ħniena fir-rabtiet tagħna mal-oħrajn! Il-ħniena hi mħabba li taf tilqa’ lil kull proxxmu, l-aktar lil min hu fqir u fil-bżonn. Hi mħabba bla tmiem, abbundanti, konkreta u tħobb lil kulħadd. Tqanqal lill-oħrajn biex huma wkoll iħobbuna lura. Dan hu l-iskop aħħari tal-ħniena. Mingħajrha jista’ jkollna biss ġustizzja, li tagħmilna lkoll indaqs, imma mhux aħwa ta’ xulxin. […] Anki jekk inħossuha diffiċli u jitlob kuraġġ minna, quddiem kull proxxmu nistaqsu lilna nfusna: ommu, Marija, kif kienet iġġib ruħha miegħu? Dan il-ħsieb għandu jgħinna nifhmu u ngħixu skont il-qalb ta’ Alla”.

Letizia Magri

[1] Ara Is 66, 13.

[2] Dietrich Bonhoefer, 23 ta’ Jannar 1938, La fragilità del male, ġabra ta’ kitbiet mhux stampati, Piemme, 2015.

[3] Cf. Mt 5, 7.[:][:]

Kelma tal-Ħajja, Special

Post navigation

Previous Post: [:mt]Min hi Margaret Karram?[:]
Next Post: [:mt]Margaret Karram – il-president il-ġdida[:en]Press Release: “Focolare elects new President”[:]

More Related Articles

Il-Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2025 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ April[:en]April Word of Life[:] Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Diċembru 2024 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru[:en]September Word of Life[:] Aħbarijiet
Kelma tal-Ħajja ta’ Ġunju 2022 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2025 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme