Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Margaret Karram fi tmiem is-XVI Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu

Posted on November 3, 2024July 31, 2026 By Website Editor No Comments on Margaret Karram fi tmiem is-XVI Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu

Il-President tal-Fokolari kienet waħda mill-mistednin speċjali li ħadu  sehem fil-ħidma tas-Sinodu matul ix-xahar ta’ Ottubru 2024.

Għeżież, insellmilkom!
Kif qed taraw, ninsab propju hawn, fi Pjazza San Pietru. Għadha kif ġiet fi tmiemha l-Quddiesa fil-konklużjoni tas-Sinodu. Kif tafu din l-esperjenza,  din il-mixja sinodali ilha sejra tlett snin. Din kienet  grazzja kbira, don t’Alla, mhux biss għalija personali, imma hi grazzja għall-Moviment tal-Fokolari kollu.

Fl-omelija, il Papa għadu kif qalilna li “m’aħniex Knisja muta, imma Knisja  li tisma’ l-għajta tal-umanità”. “Mhux Knisja bilqiegħda, imma Knisja miexja”. U din kienet l-esperjenza tiegħi matul dan ix-xahar;  irriflettejna fuq ħafna argumenti u sfidi li l-Knisja qed tgħix illum, u anki  fuq dawk li d-dinja tal-lum għaddejja minnhom, il-gwerer, l-immigrazzjoni. Iddiskutejna ħafna affarijiet oħra, u għamilna dan b’mod tassew sinodali.

Dan kien l-eżerċizzju tagħna kuljum. Kien hemm laqgħat madwar mejda ma’ xi wħud u laqgħat oħra fejn konna lkoll flimkien. Jien kont ma’ grupp li ġew mill-ħames kontinenti: mill-Awstralja, mill-Amerika, mill-Ewropa, mill-Asja u mil-Lvant Nofsani.  Kien hemm isqfijiet, kardinali, lajċi, miżżewġin, nisa, rġiel u anki delegati minn diversi  Knejjes Insara oħra: kulħadd ta is-sehem tiegħu  biex  ir-riflessjoni tkun aktar rikka u biex tikber il-komunjoni  ta’ bejnietna, kemm bħala Knisja Kattolika kif ukoll ma’ Knejjes oħra.

Ħassejt  tant ferħ meta bdejt nara  dak li Chiara kienet toħlom:  Knisja li hi aktar komunjoni, Knisja li tista’ tkun espressjoni tal-armonja, kif qalilna l-Papa: il-keyword ta’ dan is-Sinodu, ta’ dak li għexna, kienet l-unità bħala armonija. Għax rajna li minkejja d-differenzi ta’ bejnietna  fil-kultura, fl-età, fil-pożizzjoni, fir-responsabbiltà, qabel kollox konna aħwa u stajna  naqsmu bejnietna l-affarijiet l-aktar profondi li hemm f’qalbna.

Qsamna wkoll il-ħafna tbatijiet li għaddejja minnhom il-Knisja, u għamilna dan bla mistħija (li ngħidu x’inhuma). Din kienet xi ħaġa li tant laqtitni: il-Knisja ma stħatx titkellem dwar dak li sar ħażin; għamlet dan  b’umiltà u talbet maħfra: l-ewwelnett lil Alla, imma wkoll lil dawk ħutna li  ġegħilniehom ibatu.

Issa importanti li l-affarijiet ma jifqux hawn;  dan irid  ikun il-punt tat-tluq għalina lkoll, biex nimxu flimkien, għax it-titlu tas-Sinodu kien: “għal Knisja missjunarja”: missjunarja fil-parteċipazzjoni, fil-komunjoni, fil-missjoni.

Nixtieq ngħid xi ħaġa fil-qosor għal dawk li għal issa mhux ser jirnexxilhom jaqraw id-Dokument kollu. Ser naqsam magħkom dak li laqtani wara li qrajtu bil-ħeffa. Hu maqsum f’ħames partijiet:

L-ewwel: L-Ispirtu s-Santu jsejħilna għall-konverżjoni; inħossha ħafna din il-ħaġa, din is-sejħa għall-konverżjoni għax is-sinodalità hi bħal profezija b’aspett soċjali li biex ngħixuha hemm bżonn ta’ spiritwalità. Mhijiex sinodalità li tfisser biss mixja flimkien, imma hi sinodalità li teħtieġ spiritwalità. U biex tgħix  spiritwalità trid axxeżi, umiltà, u trid il-paċenzja ħalli żgur nimxu flimkien, u titlob li nkunu lesti  li naħfru u  nkunu maħfura.

It-tieni hi l-konverżjoni fir-relazzjonijiet; dan ifisser li l-bażi li fuqha nibnu kollox trid tkun ir-relazzjoni mal-persuni li magħhom  niddjalogaw. Il-mod kif nieħdu ħsieb ir-relazzjonijiet mhijiex strateġija jew strument biex ikun hemm organizzazzjoni li tkun aktar effikaċi, imma hi l-mod li bih Alla l-Missier juri  lilu nnifsu f’Ġesù, fl-Ispirtu.

It-tielet hi l-konverżjoni fil-proċess,; din kienet xi ħaġa li dħalna sew fil-fond tagħha: id-dixxerniment fuq kif ngħixu r-responsabbiltajiet tagħna, it-tmexxija tagħna, ir-responsabbiltajiet tagħna fil-Knisja, fil-komunitajiet li nagħmlu parti minnhom. Għalhekk important li ngħixu t-trasparenza, li nagħtu rendikont, kif ukoll li nevalwaw  dak kollu li nagħmlu u l-ħidma tagħna sabiex inkunu kredibbli, anki quddiem is-soċjetà.

Ir-raba’ punt hi l-konverżjoni fir-rabtiet. Il-konverżjoni sinodali tistieden lil kull persuna biex tkabbar l-ispazju ta’ qalbha, il-post ewlieni fejn jidwu r-relazzjonijiet tagħna li għandhom l-għeruq tagħhom  fir-rabta personali tagħna ma’ Ġesù u mal-Knisja.

Il-ħames punt jitkellem fuq il-formazzjoni, fuq l-importanza li jkun hemm il-formazzjoni għalina lkoll, formazzjoni sħiħa u kontinwa, li tkun  kondiviża fil-livelli kollha fil-Knisja u li tkun għal kulħadd.
Dan hu li rridu nkomplu nagħmlu. Issa wasalna għall-fażi li fiha rridu nwettqu   dak kollu li tgħallimna matul dawn it-tlett snin. Għalhekk inħoss responsabbiltà kbira li l-Moviment kollu jisma’ dan l-appell, din is-sejħa ġdida biex ngħixu l-messaġġ ta’ dan is-Sinodu.

Inħoss li għandi nitlaq  minn din il-pjazza, fejn fis-Sala Pawlu VI għexna għal xahar sħiħ mad-dinja kollha, inħoss li għandna nitilqu minn hawn biex inkunu missjunarji tas-sinodalità.
Insellmilkom ilkoll u nirringrazzjakom ħafna tat-talb tagħkom li akkumpanjani matul dan ix-xahar, li kien impenjattiv, imma  mhux tqil; kien grazzja immensa. Insellmilkom!

https://youtu.be/B_kXnguig2E?si=zwBe_CP9s8Bf4Q9o[:en]https://youtu.be/B_kXnguig2E?si=zwBe_CP9s8Bf4Q9o[:]

Aħbarijiet

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta' Novembru 2024
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta' Diċembru 2024

More Related Articles

Chiara Lubich: Spouse of “Jesus Forsaken” Aħbarijiet
Grazzi, għażiż Papa Franġisku Aħbarijiet
The Focolare Movement makes public the measures implemented in response to Independent Inquiry recommendations Aħbarijiet
Mariapoli: "Ilkoll Ħaġa Waħda" Aħbarijiet
Il-Moviment Gen: 60 sena ta’ ħajja Aħbarijiet
[:mt]Maria Voce: “Xejn ma jista’ jwaqqafna milli nħobbu”[:en]Maria Voce: “Nothing can stop us from loving”[:] Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme