Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

It-Tridu Paskwali

Posted on April 2, 2026July 28, 2026 By Website Editor No Comments on It-Tridu Paskwali

Riflessjonijiet dwar il-ġrajja tal-Akbar Imħabba


Ħamis ix-Xirka:

Ġesù għamel l-aħħar ikla mal-appostli u wara li ħaslilhom saqajhom, qalilhom: “Tafu x’għamiltilkom? Intom issejħuli l-Imgħallem u l-Mulej, u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll”.

Il-Ġimgħa l-Kbira:

“Ġesù refa’ s-salib u ħareġ lejn il-post imsejjaħ… Golgota. Hemm sallbuh ma’ tnejn oħra”, (Ġw 19, 17-18)

Riflessjoni:

“Nisimgħu fuq is-salib fir-Randan, inbusuh fil-Ġimgħa l-Kbira, indendluh fil-klassijiet … imma ma fhimniehx. Forsi l-iżball kollu qiegħed hawn: għadna ma fhimniex xinhi l-imħabba (…). L-imħabba hi l-ħajja t’Alla! Hi l-imħabba li wasslet lil Ġesù fuq is-salib (…) li salvat il-bnedmin u ffurmat il-qaddisin (…). Huma ħabbew is-salib u skoprew li s-salib hu dik iċ-ċavetta li biha tiftaħ teżor: is-salib jgħaqqad il-bniedem ma’ Alla”.
– Chiara Lubich

“X’ħin sar nofsinhar waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu (…). U f’xi t-tlieta Ġesù għajjat b’leħen qawwi: “(…) Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?’” (Mt 27, 45-46).

“Bdejna nifhmu li Ġesù Msallab u Abbandunat hu l-mudell għal dawk li jridu jħobbu lil Alla b’qalbhom kollha….għal min hu fqir fl-ispirtu, għal min irid jiċċaħħad mill-ideat tiegħu (…). Hu l-mudell ta’ għaqda sħiħa u perfetta, ta’ min ipoġġi t-tama tiegħu f’Alla; hu li ħassu abbandunat mill-imħabba ntelaq f’idejn l-Imħabba”.
– Chiara Lubich

“L-imħabba ta’ Alla hi ikbar mit-tradiment, mill-abbandun, mill-insulti, mill-vjolenza, mill-mibegħda, mill-għira, mill-kefrija. L-imħabba ta’ Alla hi ikbar minn dan kollu, u din l-imħabba narawha f’Ġesù fuq is-salib, li hu spjegaha b’mod sabiħ, meta qal: “Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu”. Ma konniex ħbiebu, imma qiesna bħala ħbiebu u ta ħajtu għalina. Din hi l-imħabba kbira li naraw f’Ġesù msallab”.
– L-Isqof J. Galea Curmi

Ħadd il-Għid:

Wara s-skiet fil-jum tas-Sibt li ngħixuh flimkien ma’ Marija, l-Omm li baqgħet wieqfa fejn is-Salib, nistennew b’ħerqa l-Ħadd tal-Qawmien. F’waħda mill-udjenzi tiegħu dwar “il-Qawmien ta’ Kristu u l-Isfidi fid-dinja tallum”, Papa Ljun XIV qal:

“Il-Qawmien tiegħu, fit-tielet jum, huwa l-bidu ta’ storja ġdida. Id-dixxipli saru aħwa b’mod sħiħ, mhux biss għax ġarrbu n-niket tal-mewt ta’ Ġesù, imma, fuq kollox, għax għarfuh bħala l-Irxoxt u saru xhieda tiegħu.”


 

Spiritwalita' Tags:L-Għid

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta' April 2026
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju 2026

More Related Articles

[:mt]Kemm hi sabiħa Ommna Marija[:en]How beautiful the Mother[:] Spiritwalita'
Professur Uppadhyaya: bniedem ta' djalogu Aħbarijiet
"Għaliex irrid naraha tgħix fik" Spiritwalita'
[:mt]L-għajxien tal-Vanġelu: Il fidi tirbaħ[:en]Living the Gospel: faith wins [:] Spiritwalita'
[:mt]Inkunu dejjem familja[:] Spiritwalita'
[:mt]Ħadd il-Palm: “Jien min jien quddiem Ġesu’ li jbati?”[:] Spiritwalita'

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026
  • Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu

    Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu

    August 10, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme