Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

Posted on July 3, 2026July 13, 2026 By Website Editor No Comments on Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

Fit-22 ta’ Mejju li għadda, f’Ruma, sar il-book launch ta’ volum ieħor li jiġbor fih kitbiet ta’ Chiara: Paradiso ’49 (Il-Ġenna ’49), editjat minn Piero Coda u Alba Sgariglia (Città Nuova Editrice).

Il-preżentazzjoni ta’ dan il-ktieb toħodna lejn Is-Sajf tal-’49 meta Chiara u sħabha kienu flimkien għall-mistrieħ fuq il-muntanji Dolomiti. F’rakkont tagħha, Chiara tgħid: «Konna f’dar fqajra  fuq il-muntanji. Konna waħidna, bejnietna, qed  ngħixu mument b’mument l-Ideal kbir tagħna… U hemm beda żmien ta’ grazzji partikulari. Kellna l-impressjoni li l-Mulej kien qed jiftaħ l-għajnejn ta’ ruħna fuq is-Saltna t’Alla, li kienet fostna» (Lubich, 1968).

Il-ktieb Paradiso ’49 jesponi dak li Chiara għexet mill-1949 sal-1951, u li bil-mod il-mod hi bdiet taqsmu  ma’ oħrajn.  Jiġbor fih kitba li tmur lura lejn dawk is-snin flimkien ma’  għadd kbir ta’ noti li hi stess kitbiet żmien wara u li jkomplu jitfgħu dawl fuq  l-esperjenza mistika li għexet.

Din l-esperjenza mistika bdiet fis-16 ta’ Lulju  tal-’49 b’patt ta’ unita’ ma’ Igino Giordani (Foco), li kien iħares lejn Chiara bħala l-persuna li magħha seta’ jagħmel mixja  ta’ qdusija.

F’kitba tiegħu dwar kif twieled il-ktieb Il-Paradiso ‘49, Fr Fabio Ciardi jirrakkonta  li malli  Chiara bdiet tgħix din l-esperjenza ta’ dawl, hi mill-ewwel bdiet taqsamha ma’ Foco u ma sħabha. U meta Foco telaq minn fejn kienu fuq id-Dolomiti, Chiara bdiet tiktiblu regolarment biex hu wkoll  seta’ jkompli jieħu sehem f’dik l-esperjenza. Fr. Ciardi jispjega li  għal Chiara, il-komunikazzjoni  kienet ħtieġa għax il-qsi tal-ġid, mhux biss dak materjali imma wkoll dak spiritwali, kien għażla li l-ewwel komunita’ tal-Fokolari bdiet tgħixha  sa mill-bidu.

Is-Sala Pawlu VI fl-Università Pontifiċja tal-Lateran f’Ruma. Ritratt: © Carlos Mana – CSC Audiovisivi

Jirrakkonta  li xi paġni  li  Chiara kitbet b’idejha stess matul dak iż-żmien bdew ikunu kkupjati u jintużaw biex issir il-formazzjoni għall-ewwel membri tal-Moviment. Imma wasal żmien meta Chiara ordnat li dawn il-karti kollha jinqerdu, biex wieħed ma “jattakkax ruħu” mal-karti u wkoll għax dak li kitbet seta’ jiġi  interpretat ħażin. Fr. Ciardi jgħid li Chiara “kienet konvinta li  xejn ma kien ser jibqa’ miktub fuq il-karti imma li kollox kien ser jibqa’ stampat fil-qlub”

Iżda l-karti ma nqerdux, u f’daqqa waħda, fis-snin ’70 reġgħu bdew jidhru. Ġara li l-Isqof Ġermaniż   Klaus Hemmerle, li kien teologu, ra  li l-esperienza tal-1949 ma kenitx biss “esperjenza spiritwali”, imma li fiha kien hemm duttrina rikka ħafna. Il-proposta li dawk il-karti jerġgħu jinqraw u jiġu  studjati sew, għoġbot lil Chiara. Għalhekk hi sejħet grupp żgħir ta’ nies biex flimkien magħha, mal-Isqof Hemmerle u ma’ Dun Foresi jibdew jidħlu  aktar  fil-fond dwar il-kitbiet tal-Ġenna ’49.

Fit-22 ta’ Novembru 2003, meta bdiet din il-ħidma ma’ dan iċ-ċirku żgħir ta’ studjużi –  li ġie msejjaħ “l-Iskola Abba –  Chiara  kitbet hekk: “Din id-darba qed naqraw dawn il-karti bil-għan li nikkonvertu u li dawn isiru ħajja. Hemm bżonn li l-Iskola Abba issir “Ġenna”. Hekk biss inkunu nkunu nistgħu nifhmu il-kontenut li hemm fihom (…).”

Kien dan  li ta bidu għax-xogħol letterarju tal-Paradiso ’49.

Fr. Ciardi sejjaħlu “ktieb ta’ dawl”  u kompla jgħid “li forsi dan  hu l-isbaħ rigal li Chiara ħalliet u li hu ddestinat biex ikun xogħol klassiku tal-letteratura Nisranija”.

Il-Prof. Piero Coda, li  flimkien ma’ Alba Sgariglia ħa ħsieb din il-publikazzjoni,  iddiskriva din il-kitba bħala patrimonju li għad irridu  “nesplorawh u niżviluppawh”.

Filwaqt li l-Isqof Irlandiż  Brendan Leahy,  li kien wieħed mill-speakers waqt il-book launch, qal li din il-kitba ta’ Chiara tista’  “tispira prospettivi ġodda” u “tgħinna nifhmu l-Knisja bħala komunjoni ħajja u relazzjonali”.

Intemmu  din il-preżentazzjoni  qasira ta’ din il-kitba prezzjuża  bi kliem li qalet Chiara stess: “Dawn il-karti kollha li ktibt ma jiswew xejn jekk ir-ruħ li taqrahom ma tħobbx, mhijiex f’Alla. Fihom valur jekk ikun Alla  f’dik ir-ruħ li jaqrahom”.  

Vivienne Attard

Ritratt Chiara Lubich (book cover): © Horacio Conde – CSC Audiovisivi

Aħbarijiet, Pubblikazzjonijiet Tags:Chiara Lubich

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta' Lulju 2026
Next Post: Il-Moviment Gen: 60 sena ta’ ħajja

More Related Articles

The Pre-Assembly Process Aħbarijiet
Hemm imħabba u mħabba Aħbarijiet
Chiara Lubich: Conclusion of the Diocesan phase of the Cause of Beatification Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Laqgħa tal-Komunità

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)