Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • About us
  • Chiara Lubich
  • The Word of Life
  • Activities
    • The Mariapolis: “City of Mary”
    • Families
    • Children
    • Youth
    • Teens
  • Dialogues
  • Media
  • Contact us
  • English English
    • Malti Malti
  • Toggle search form

[:mt]Qrib ta’ min qed ibati[:]

Posted on July 10, 2020July 10, 2020 By Website Editor No Comments on [:mt]Qrib ta’ min qed ibati[:]

[:mt]Kont insegwi l-Quddiesa ta’ Papa Franġisku li kienet tixxandar kuljum fuq it-TV u kliemu kien tassew jidħol f’qalbi. Fl-omelija li għamel fil-15 ta’ April,  il-Papa tkellem dwar il-faqar; saħaq li hawn ħafna faqar u li hemm bżonn  nagħtu lill-foqra d-dinjita’ tagħhom ta’ bnedmin.  Dakinhar, meta ħriġt biex nagħmel ix-xirja, nara raġel maħmuġ u bi ħwejġu mqattgħin, taħt tinda ta’ ħanut  jipprova jistkenn mix-xemx.

Meta mort lura d-dar, ħassejt li kelli nara x’nista’ nagħmel. Wara li qsamt dan ma’ oħti, lestejt xi ħaġa tal-ikel u mort nagħtihielu.  Jumejn wara erġajt mort biex nagħtih l-ikel li kont hejjejt għalih;  din id-darba mhux biss irringrazzjani, iżda qagħad jgħidli l-istorja tiegħu. Qalli li kif mietet ommu, ħuh keccieh ‘l barra mid-dar. Kien ilu għal xi żmien jorqod barra, għalkemm xi drabi kienu  jarawh il-pulizija u ma kienux iħalluh.  Qalli wkoll li xi social worker kien qed jagħmel ħiltu  biex isiblu xi mkien fejn idaħħal rasu.

Erġajt  mort infittxu drabi oħra, għax  kont lestejtlu xi ħaġa li sirt naf li kienet togħġbu, iżda qatt ma erġajt sibtu  hemm.  Bqajt ninteressa ruħi f’dan ir-raġel mill-aħjar li stajt u kont tassew kuntenta meta sirt naf li kien sab post  fejn joqgħod.   Din l-esperjenza ġabitni aktar qrib ta’ min hu waħdu u qed ibati, u indunajt kemm irrid noqgħod attenta u niftaħ qalbi  għal tant nies li qed ibatu u jum wara l-ieħor  jistennew l-għajnuna tagħna.

 E.P. (Malta)

[:]

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Dare to Care

Post navigation

Previous Post: Word of Life - July 2020
Next Post: Jesús Moràn: the relevance of “Paradise ’49”

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Beatification ceremony – Fr Silvano Cola

Monthly gatherings

New Families Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Word of Life - November 2026

    Word of Life - November 2026

    November 1, 2026
  • Considering ourselves as family

    Considering ourselves as family

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Follow us on Instagram

Focolare News Updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Sites of interest

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO