Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • About us
  • Chiara Lubich
  • The Word of Life
  • Dialogues
  • Media
  • Contact us
  • English English
    • Malti Malti
  • Toggle search form

[:mt]Bħall-warda tax-xemx[:]

Posted on July 9, 2021July 9, 2021 By Website Editor No Comments on [:mt]Bħall-warda tax-xemx[:]

[:mt]Silta meħuda minn “Come un girasole. Note di preghiera” ta’ Dun Ermes Ronchi

“L-aktar fjura li togħġobni hi l-warda tax-xemx. (…) Il-warda tax-xemx hi dik fost il-ħlejjaq kollha fejn insibu  l-isbaħ xebħ mat-talb: titlob ifisser tħalli x-xemx li hu Alla jirradja fik; titħawwel b’għeruq sodi fl-art u mbagħad timxi lejn is-sema.

It-talb ma jikkonsistix filli tgħid il-kliem tat-talb, imma filli tagħmel dak kollu li tista’, b’ħiltek kollha, biex tersaq lejn Dak l-aktar għoli, spiss bla kliem, bħal pjanta bil-għatx. Dan jiġri meta nidħol fil-Knisja; inkun fil-preżenza t’Alla, ma nsib xejn xi ngħidlu, ma joħroġ xejn mill-fond niexef qoxqox ta’ qalbi. Nispiċċa biex nagħtih is-skiet.

Inħares lejn il-warda tax-xemx u nifhem li l-kliem ma jgħoddx; il-Mulej jafhom kollha, qabel ma joħorġu minn fommi u jitilgħu quddiemu.

Jgħodd il-fatt li għal xi żmien jien noqgħod quddiem ix-Xemx tiegħi, li  xejn ma jiġi qabel Alla,   li ebda ħaġa  mill-affarijiet oħra  tiegħi ma tieħu postu.

Il-qawwa mhux qiegħda fina, il-qawwa tinsab fix-Xemx, ikun biżżejjed li nesponu ruħna għaliha biex nieħdu l-enerġija minnha. Ma mmorrux quddiem il-Kurċifiss biex inħarsu lejh, imma biex inħallu lilu jħares lejna b’dak il-ġisem fejn l-imħabba kitbet l-istorja tagħha bl-ittri tal-feriti, li bħall-imħabba ma jitħassrux.

Titlob ifisser issir xi ħadd li jfittex ix-Xemx, xi ħadd li jkun tallab tas-sema.

Nimxi warajH imsaħħar minn xi ħaġa li Hu biss għandu u ħadd ħliefu ma jaf jagħtiha.

Imbagħad jasal il-lejl, meta f’inżul ix-xemx il-warda tax-xemx tbaxxi rasha, bħal mewta ċkejkna li sseħħ kuljum. (…)  U l-piż tal-art isir aktar b’saħħtu mill-piż tad-dawl. L-istess jiġrilna aħna meta l-ġibda tal-affarijiet tal-art tkun tiswa aktar mill-ġibda lejn is-sema. Iżda mbagħad ikun hemm ukoll il-qawmien mill-mewta ċkejkna ta’ kuljum meta x-xemx terġa’ tfeġġ.

Hekk inħossni meta nitlob: warda tax-xemx li  bħala boxxla u bħala qawmien  għandha  s-sema li  ssaħħarha u tattirha lejha kuljum. Bniedem li għandu t-triqat tiegħu fix-Xemx”.

 (Traduzzjoni ta’ silta meħuda minn “Come un girasole. Note di preghiera” ta’ Padre. E.Ronchi:  – Ed. Messaggiero 2011)  [:]

Spirituality

Post navigation

Previous Post: [:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju[:en]July Word of Life[:]
Next Post: [:mt]Inwarrbu l-muntanji[:]

More Related Articles

[:mt]Nixħtu kull inkwiet tagħna fi ħdan il-Missier[:en]Casting all our worries onto the Father[:] Spirituality
Chiara Lubich: Christmas with those who suffer Spirituality
Pope Francis: "Thanks to the Maltese people for such a Christian welcome." Spirituality
[:mt]Inwarrbu l-muntanji[:] Spirituality
[:mt]Hu jgħix![:en]Christ is alive![:] Spirituality
[:mt]L-għajxien tal-Vanġelu: Il fidi tirbaħ[:en]Living the Gospel: faith wins [:] Spirituality

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Word of Life

  • Word of Life September 2026

    Word of Life September 2026

    "Love does no harm to a neighbour; therefore love is the fulfilment of the Law" (Rom 13:10).

Follow us on Instagram[

Publications

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Paradise ’49: the mystical dimension in Chiara Lubich

    Paradise ’49: the mystical dimension in Chiara Lubich

    July 3, 2026
  • New publication in Maltese: "Ngħixu l-Kelma" (Living the  Word)

    New publication in Maltese: "Ngħixu l-Kelma" (Living the Word)

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News Updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Sites of interest

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on Forum in Jerusalem

    Video update on Forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram participates in the forum "Within Your Gates" in Jerusalem

    Margaret Karram participates in the forum "Within Your Gates" in Jerusalem

    September 7, 2026
  • Word of Life September 2026

    Word of Life September 2026

    August 31, 2026
  • Kala, an institution

    Kala, an institution

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme