[:mt]Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti
“Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu” (Mk 16, 15).
Fil-Vanġelu ta’ San Mark naqraw l-aħħar kliem li qal Ġesù Rxoxt meta deher lill-appostli.
Huma kienu mdawrin ilkoll mal-mejda, kif rajniehom flimkien ma’ Ġesù anki qabel il-passjoni u l-mewt tiegħu, imma din id-darba l-komunità ċkejkna ġġor fiha sinjali tal-falliment: issa jinsabu ħdax, flok it-tnax li Ġesù ried miegħu, u fis-siegħa tas-salib wieħed minn dawk preżenti kien ċaħdu, filwaqt li ħafna minnhom ħarbu.
F’din il-laqgħa deċiżiva Ġesù, li kien għadu kif qam mill-mewt, ċanfarhom talli ma kenux emmnu lil min kien xhud tal-Irxoxt[1]. Imma fl-istess ħin, Hu kkonferma l-istess għażla: minkejja d-dgħufija tagħhom, tahom mill-ġdid l-aħbar tal-Vanġelu, dik l-Aħbar Tajba li hi Huwa stess, bil-ħajja u l-kliem tiegħu.
Wara dan id-diskors solenni, Ġesù Rxoxt reġa’ lura għand il-Missier, imma fl-istess ħin Hu “jibqa’” mad-dixxipli tiegħu, billi kkonferma kliemhom b’sinjali mirakolużi.
“Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu”.
Għalhekk il-komunità ta’ Ġesù, mibgħuta biex tkompli l-istess missjoni tiegħu, mhijiex magħmula minn nies perfetti, imma minn nies imsejħa qabel xejn biex “jibqgħu” miegħU[2], biex iħossu l-preżenza tiegħu u mħabbtu mimlija sabar u ħniena. Imbagħad, bis-saħħa ta’ din l-esperjenza, huma jintbagħtu biex “ixandru lill-ħolqien kollu” li Alla jinsab qrib tagħna lkoll.
Bla ebda dubju, is-suċċess tal-missjoni ma tiddependix mill-ħiliet personali tagħhom, imma jserraħ fuq il-preżenza ta’ Ġesù fosthom. Hu jafda Lilu nnifsu f’idejn id-dixxipli u l-komunità ta’ dawk li jemmnu fiH. Għalhekk aktar ma jgħixu l-Vanġelu u jxandruh, aktar jikber fihom[3].
Mela dak li nistgħu nagħmlu aħna bħala Nsara hu li nwasslu l-imħabba t’Alla bi kliemna u b’ħajjitna. Biex nagħmlu hekk irridu noħorġu barra minna nfusna bil-kuraġġ u l-ġenerożità, biex noffru ʹl kulħadd it-teżori tal-Irxoxt li jiftħulna qalbna għat-tama.
“Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu”.
Jiġifieri dejjem għandna nkunu xhieda ta’ Ġesù u qatt tagħna nfusna. Anzi aħna mitluba “niċħdu” lilna nfusna, “niċkienu” aħna biex jikber Hu. Fina rridu nagħmlu wisa’ għall-qawwa tal-Ispirtu, li jħeġġiġna nkunu lkoll aħwa ta’ xulxin: “[…] Irrid nimxi wara l-Ispirtu s-Santu li, kull darba li jien niltaqa’ ma’ ħija jew oħti, iħejjini biex “insir ħaġa waħda” miegħu jew magħha, biex naqdihom b’mod perfett; Hu jagħtini l-qawwa li nħobbhom fil-każ li jkunu għedewwa tiegħi; jimlieni bil-ħniena biex naħfrilhom u biex nifhem x’jeħtieġu; biex meta jasal il-waqt, jagħtini l-ħeġġa nxandrilhom l-aktar affarijiet sbieħ li hemm f’qalbi […]. Permezz ta’ mħabbti huma jaraw u jħossu l-imħabba ta’ Ġesù. […] Bl-imħabba t’Alla f’qalbna nistgħu naslu ʹl bogħod, u nwasslu l-iskoperta tagħna lil ħafna […] wara li fina huma jaraw l-imħabba t’Alla, huma jibdew isiru “ħaġa waħda” magħna, biex hekk flimkien ngħinu ʹl xulxin, naqsmu bejnietna ħsibijiet, sentimenti u proġetti ġodda. Imbagħad inkunu nistgħu nagħtu raġuni tal-imġiba tagħna u dan ikun don ta’ mħabbitna lejn xulxin”[4].
“Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu”.
“Lill-ħolqien kollu”: b’għajnejn ġodda niskopru li aħna nagħmlu parti mill-mużajk kbir tal-Ħolqien, ħaġa li fi żminijietna sirna aktar konxji tagħha. Iż-żgħażagħ sikwit issibhom minn ta’ quddiem f’din il-mixja tagħna l-bnedmin; skont l-istil tal-Vanġelu, huma jistqarru b’għemilhom dak li jwasslu bi kliemhom.
Robert hu żagħżugħ minn New Zealand li qasam l-esperjenza tiegħu on-line[5] : “Bħalissa qed nagħmlu ħilitna biex fin-naħat tagħna jsir ir-restawr meħtieġ fil-port ta’ Porirua, li jinsab fin-naħa t’isfel tar-reġjun ta’ Wellington. F’din l-inizzjattiva qed jieħdu sehem l-awtoritajiet tal-post, il-komunità Kattolika tal-Maori u t-tribù lokali. Il-mira tagħna hi li ngħinu ʹl din it-tribù biex isir ir-restawr fil-port tagħhom, inkunu ċerti li l-ilma li jgħaddi minnu jkun nadif u li jkunu jistgħu jistagħdu għall-arzell u l-ħut bla ebda biża’ ta’ tniġġis. Dawn l-inizzjattivi rnexxew u ħolqu spirtu ta’ komunità magħquda flimkien.
L-isfida tagħna hi li din ma tkunx xi ħaġa ta’ darba u li din l-inizzjattiva tibqa’ għaddejja biex b’hekk tibqa’ tinħass id-differenza”.
Letizia Magri
[1] Ara Mk 16, 9-13.
[2] Ara Mk 3, 14-15.
[3] Ara Konċilju Vatikan II, Kostituzzjoni dommatika fuq ir-Rivelazzjoni Divina Dei Verbum, nru. 8.
[4] C. Lubich, Kelma tal-Ħajja, Ġunju 2003, fil-ktieb Parole di Vita, ta’ Fabio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5; Città Nuova, Roma 2017) pġ. 691-692.
[5] Biex taqra din l-esperjenza u oħrajn magħha f’ħafna lingwi idħol hawn: http://www.unitedworldproject.org/workshop.
https://soundcloud.com/user-63571203/april-2022-word-of-life[:en]
Go out into the world and proclaim the good news to the whole of creation. (Mk.16:15)
In Mark’s gospel, the last words of the Risen Jesus are found in the passage that refers to Jesus’ post-resurrection appearance to the apostles. They are at the table, as we have often seen them together with Jesus even before his passion and death, but this time the small community bears the signs of failure. There are only eleven of them left, instead of the twelve that Jesus had wanted with him, and at the time of the crucifixion some of his followers have denied him and many have fled.
In this last, decisive encounter, the Risen Lord reprimands them for having hearts closed to the words of those who had borne witness to his resurrection,[i] but at the same time, he confirms that they were chosen by him. Despite their frailty, once again he entrusts them with the proclamation of the Gospel, the Good News which he makes incarnate through his life and with his words. After this solemn discourse, the Risen Lord returns to the Father, but at the same time “remains” with the disciples, confirming all they say with remarkable signs.
Go into all the world and proclaim the good news to the whole creation.
The community sent by Jesus to continue his mission was, therefore, not a group of people who were perfect; instead, they were people called to “be” with him, [ii] to experience his presence and his patient and merciful love. Then, only by virtue of this experience, were they sent to “proclaim to every creature” that God is close to them.
The success of the mission certainly does not depend on personal abilities but on the presence of the Risen Lord who entrusts himself to his disciples and to the community of believers, in which the Gospel grows to the extent that it is lived and proclaimed. [iii] What we can do as Christians, therefore, is to proclaim God’s love with our lives and words. We can reach out to others with courage and generosity and offer to everyone, with sensitivity and respect, the treasures of the Risen Lord that open our hearts to hope.
Go into all the world and proclaim the good news to the whole creation.
It is a question of always bearing witness to Jesus and never to ourselves; indeed, we are asked to “deny” ourselves, to “diminish” so that he might grow. We need to make space within ourselves for the power of his Spirit, who urges us towards fraternity: “… I must follow the Holy Spirit who, every time I meet a brother or sister, makes me ready to ‘make myself one with him or her, to serve them to perfection. It is the Spirit who gives me the strength to love them if in some way they are enemies and who enriches my heart with mercy to know how to forgive and to be able to understand their needs. The Holy Spirit gives me the enthusiasm to communicate the most beautiful things in my soul when it is the right time to do so. … Jesus’ love is revealed and shared with others through my love. … With and through this love of God in our hearts we can go far, and share our own discovery with many other people … until the other person, deeply touched by the love of God in us, wants to “become one” with us, in a mutual exchange of help, of ideals, of projects,and of affection. Only then will we be able to share the word of God, and it will be a gift, within the reciprocity of love.” [iv]
Go into all the world and proclaim the good news to the whole creation.
“To every creature” is a perspective that makes us aware of our belonging to the great mosaic of Creation. We are particularly sensitive nowadays and young people are often at the forefront of this new direction within humanity. In the style of the Gospel, they confirm with deeds what they announce with words.
Robert, from New Zealand, shares his experience on the web: “An ongoing activity in our territory supports the restoration of the port of Porirua in the southern part of the Wellington region in New Zealand. This initiative has involved the local authorities, the Maori Catholic community, and the local tribe. Our aim is to support this tribe in their desire to lead the restoration of the harbour, ensure that the waters flow clean, and allow shellfish harvesting and routine fishing without fear of pollution. These initiatives have been successful and have created a real community spirit. The challenge is to avoid this becoming just a passing event and to maintain a long-term program that brings help, support and really makes a difference on the ground.” [v]
Letizia Magri
https://soundcloud.com/user-63571203/april-2022-word-of-life[:]

English
Malti
Add Comment