Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

80 sena mit-twaqqif tal-Moviment tal-Fokolari

Posted on December 6, 2023August 2, 2026 By Website Editor No Comments on 80 sena mit-twaqqif tal-Moviment tal-Fokolari

Fis-7 ta’ Diċembru, Papa Franġisku ser jilqa’ f’udjenza lil Margaret Karram, President tal-Moviment tal-Fokolari u lil  dawk responsabbili tal-Moviment fid-dinja kollha. Dakinhar fis-6-00pm ser issir ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore li ser tkun immexxija mill-Eċċellenza  tiegħu, il-Kardinal  Kevin Joseph Farrell, Prefett tad-Dikasteru għal Lajċi, Familja u Ħajja.

Is-7 ta’ Diċembru 1943 hi meqjusa bħala d-data uffiċjali tat-twelid tal-Moviment tal-Fokolari. Kien f’din il-ġurnata meta Chiara Lubich ikkonsagrat ruħha lil Alla għal dejjem. 80 sena ilu, waqt li t-tieni gwerra dinjija kienet fl-aqwa tagħha, twieldet komunita’ żgħira li riedet tagħti s-sehem tagħha biex mill-ġdid issaltan  il-paċi u l-għaqda fid-dinja. Din il-komunita’ malajr bdiet tinfirex, u twieldet waħda mill-Kariżmi Ġodda fil-Knisja. L-Ispiritwalita’ tal-Moviment tal-Fokolari hi mibnija fuq l-Evanġelju, u fil-qalba tagħha nsibu b’mod partikulari t-talba ta’ Ġesu’: “Ħa jkunu lkoll ħaġa waħda” (Ġw 17:21).

Illum il-Moviment jinsab f’182 nazzjoni, sinjal tal-universalita’ u tal-ħtieġa kbira għall-għaqda u għall-fraternita’ fiż-żmenijiet traġiċi u ta’ firda li qed ngħixu fihom. Iħaddan fih Insara minn Knejjes differenti, nies ta’ bosta reliġjonijiet u oħrajn li m’għandhom ebda twemmin reliġjuż.

Fis 7 ta’ Diċembru, Papa Franġisku ser jilqa’ f’udjenza lil Margaret Karram, President tal-Moviment tal-Fokolari, lil Jesús Morán, Ko-President u lil dawk il-membri li huma responsabbli fiċ-Ċentru u fiż-żoni. Il-President qalet: “Tassew hu rigal kbir  għalina li l-Papa ser jilqagħna għandu nhar il-Ħamis 7 ta’ Diċembru 2023, propju fil-ġurnata li fiha nfakkru dik l-ewwel ‘iva’ li Chiara Lubich qalet lil Alla. Dan hu rigal li ma konniex qed nistennewh!

Nixtiequ li nwasslu lill-Papa l-imħabba u l-għożża ta’ eluf ta’ nies mid-dinja kollha li jgħixu l-kariżma tal-unita’. U nġeddu l-impenn tagħna ta’ servizz fil-Knisja f’dan il-vjaġġ sinodali, flimkien ma’ ħafna oħrajn li jridu jagħtu s-sehem tagħhom għall-paċi u għall-imħabba biex jonqos il-piż ta’ tant ġrieħi li qed itaqqlu lill-bnedmin.”

F’dik l-istess ġurnata, fis- 6 .00 p m. ser issir Quddiesa ta’ radd il-hajr għat-80 sena tal-ħajja tal-Moviment. Ser issir fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore u ser tkun immexxija mill-Kardinal Kevin Joseph Farrell, Prefett għad-Dikasteru għal-Lajċi, Familja u Ħajja.  Ser jieħdu sehem bosta  kardinali, isqfijiet u saċerdoti oħra.

Margaret Karram żiedet tgħid: ”F’din il-ġurnata jintemm il-pellegrinaġġ li qed nagħmlu  f’diversi postijiet sagri u sinifikattivi, f’Assisi, Loreto u Ruma biex nroddu ħajr, nitolbu maħfra u nibdew mill-ġdid b’kuraġġ u tama.

Il-komunitajiet tal-Fokolari  mifruxa mad-dinja kollha jixtiequ  jgħixu dan l-anniversarju bl-istess spirtu u bl-istess skop, biex hekk ikunu “xhieda ta’ dik l-imħabba tal-aħwa li tfittex li tkun qrib ta’ kulħadd,  tegħleb il-firdiet u  tasal f’ kull sitwazzjoni umana.” (1)

Stefania Tanesini

(1) Papa Franġisku lill-Assemblea Ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari, 6 ta’ Frar 2021

Sors: Sit internazzjonali tal-Moviment tal-Fokolari

Traduzzjoni: Vivienne Attard

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Aħbarijiet Tags:Chiara Lubich, moviment tal-fokolari

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta' Diċembru 2023
Next Post: Papa Franġisku: "Id-dinja għandha bżonn tal-bennejja tal-għaqda u l-paċi"

More Related Articles

Fabio Ciardi: "L-isbaħ ritratt ta’ Chiara" Spiritwalita'
16 Lulju 1949 – 16 Lulju 2026: “Taf fejn ninsabu?” Spiritwalita'
Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49" Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Beatification ceremony – Fr Silvano Cola

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO