Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Eli Folonari temmet il-vjaġġ tagħha fuq din l-art

Posted on November 30, 2018September 22, 2026 By Website Editor No Comments on Eli Folonari temmet il-vjaġġ tagħha fuq din l-art

Twieldet Milan, fit-8 ta’ Frar 1926 f’familja ta’ neguzjanti u kienet il-kbira fost tmien ulied. Kellha 25 sena u kienet ġa ħadet il-lawrja fl-Ekonomija meta semgħet bil-Moviment tal-Fokolari li kien għadu fil-bidu tiegħu. Dik l-istess sena, waqt li kienet għall-vaganzi tas-sajf mal-familja, ħadet sehem f’Mariapoli li kienet qed issir f’Tonadico, fl-Italja ta’ Fuq. Hemmhekk iltaqgħet ma’ Chiara.

Fl-1951 marret Ruma, u ma damitx ma bdiet għal Eli l-avventura tal-ħajja ta’ unita’ fil-Fokolare. Hi stess tgħid li għexet “avventura divina”. Din il-ħajja qrib tal-fundatriċi wasslitha biex tkun fil-qalba tal-ħajja kollha tal-Opra ta’ Marija.  Kienet ma’ Chiara tħoss il-qalb tħabbet għall-Moviment li kien qed jikber u jinfirex; qasmet magħha s-snin diffiċli meta kien qed tkun studjat mill-Knisja.  Akkumpanjat lil Chiara fil-vjaġġi kollha li għamlet fil-ħames kontinenti; kienet magħha anki meta din ġiet Malta biex tirċievi lawrja honoris causa mill-Universita’ tagħna.

Għexet mill-qrib il-laqgħat li Chiara kellha ma’ personalitajiet fil-qasam ekkleżjali, fosthom il-laqgħa mal-Papa Pawlu VI, mal-Papa’ Ġwanni Pawlu II, ma’ Madre Teresa ta’ Kalkutta, mal-Patrijarka Ekumeniku Athenagors I kif ukoll ma’ mexxejja ta’ Knejjes oħra, ta’ Movimenti ekkleżjali u ma’ leaders  ta’ reliġjonijiet oħra;  u anki bosta laqgħat ma’ mexxejja u personalitajiet tad-dinja ċvili.

Eli segwiet b’mod partikulari l-iżvilupp tal-meżżi ta’ komunikazzjoni fil-ħajja tal-Moviment. Fost dawn ta’ min isemmi ċ-Ċentru Santa Chiara Awdjoviżivi u l-konferenza telefonika kollettiva li  tat bidu għal dak li llum nafuh bħala Kollegament CH.

Hi temmet il-vjaġġ tal-ħajja fuq l-art fis-26 ta’ Novembru 2018, fl-eta’ ta’ 92 sena. Fil-profil mogħti  waqt il-funeral tagħha li  sar fiċ-Ċentru Mariapoli ta’ Castel Gandolfo spikkat ħajja  ta’ fedelta’, sapjenza, trasparenza, għotja sħiħa  ta’ min jagħżel  bis-serjeta’ li jgħix sabiex il-bnedmin ikunu tassew aħwa ta’ xulxin.

Aħbarijiet Tags:Chiara Lubich, moviment tal-fokolari

Post navigation

Previous Post: Ngħixu l-Vanġelu
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta' Dicembru 2018

More Related Articles

Margaret Karram reġgħet ġiet eletta biex tmexxi l-Moviment tal-Fokolari; Roberto Almada hu l-Kopresident il-ġdid Aħbarijiet
Chiara Lubich: “Generating Peace” Aħbarijiet
Margaret Karram: Rispett għad-drittijiet tal-bniedem permezz tad-djalogu u r-rikonċiljazzjoni Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Laqgħa tal-Komunità

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)