Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

[:mt]Assemblea ġenerali – Djarju 6 –  29 ta’ Jannar  2021[:]

Posted on January 29, 2021February 18, 2021 By Website Editor No Comments on [:mt]Assemblea ġenerali – Djarju 6 –  29 ta’ Jannar  2021[:]

[:mt]

Ħidma fi gruppi – id-djalogu fiċ-ċentru

Il-metodoloġija ta’ ħidma fi gruppi li qed tintuża llum u għada fl-Assemblea ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari tissejjaħ “Open Space Technology”. B’din is-sistema, l-359 parteċipant mid-dinja kollha li huma kollegati online jistgħu jinqasmu fi gruppi virtwali u jitkellmu u jiddjalogaw daqslikieku kienu miġbura bilqiegħa madwar mejda.

Biex ikun aktar faċli għal dawk kollha li qed jieħdu sehem, is-sessjonijiet ta’ ħidma qed isiru fi tliet ħinijiet differenti li jgħoddu għad-diversi pajjiżi skont it-time zones li jinsabu fihom: l-Asja u l-Oċeanja; l-Afrika, l-Ewropa u l-Lvant Nofsani; l-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel.

Il-fatt li l-Assemblea  tiddedika ġranet differenti għal ħidma fi gruppi,  biex ikun hemm qsim ta’ ideat u diskussjoni fuq temi differenti, juri l-ħtieġa u ċ-ċentralità ta’ djalogu globali. Dan beda madwar sentejn ilu fil-mixja li saret  qabel l-Assemblea u li fiha ħadu sehem il-komunitajiet  tal-Fokolari mifruxa mad-dinja kollha.  Individwi u gruppi ħadu sehem f’din ir-riflessjoni dinjija, li minnha ħarġu aktar minn 3,000 proposta  dwar dak li għandu jiġi diskuss f’dawn il-ġranet.  Dawn il-proposti waslu għand il-Kummissjoni li ppreparat l-Assemblea, u għal raġunijiet prattiċi nġabru f’16-il taqsima. Minn sondaġġ ieħor li sar dwarhom ħarġu dan l-4 prijoritajiet:

  • Nidħlu fil-fond tal-kariżma tal-unità llum;
  • nikkonkretizzaw il-kariżma f’kull qasam, f’kollaborazzjoni mal-Knisja, istituzzjonijiet, membri ta’ reliġjonijiet differenti u  nies ta’ rieda tajba;
  • nagħtu attenzjoni partikulari lill-ekoloġija integrali li tagħraf tieħu ħsieb il-persuna, il-familja u d-dar komuni tagħna, b’ħarsu lejn il-ġejjieni;
  • ngħixu d-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet b’mod partikulari mal-ġenerazzjonijiet ġodda.

F’dawn l-ewwel ġranet ta’ Assemblea, il-parteċipanti żiedu tliet gruppi ta’ argumenti oħra:

  • il-familja
  • it-tmexxija (governance)
  • l-għażla ta’ dawk li huma fl-aħħar post, l-imwarrbin.

Dak li joħroġ mill-gruppi ta’ ħidma f’dawn il-ġranet ikun kontribut fundamentali biex jiġi ddraftjat  “id-dokument finali” li fih ikun hemm il-prospettivi  u l-orjentamenti għall-ġejjieni,  “għal-linji li mbagħad iridu jkunu elaborati  u attwati l-aktar fl-lokal u f’sinerġija profonda bejn iċ-Ċentru internazzjonali u l-Moviment li jinsab fiż-żoni differenti”, kif awgurat Maria Voce.

Id-dokument finali jaħdmu fuqu tmien parteċipanti fl-Assemblea li jiffurmaw il-kumitat li hu afdata b’din il-ħidma.  Imbagħad id-draft tad-dokumnet  jitpoġġa għall-approvazzjoni tal-Assemblea.

Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Moviment tal-Fokolari[:]

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Aħbarijiet, Assemblea Ġenerali, Special Tags:Assemblea Ġenerali

Post navigation

Previous Post: [:mt]Assemblea Ġenerali – Djarju 5 – 28/01/2021 [:]
Next Post: [:mt]Assemblea Ġenerali – Djarju 7 – 30 ta’ Jannar, 2021[:]

More Related Articles

It-tbatija mibdula f’għajn ta’ tama Aħbarijiet
Papa Franġisku jilqa’ l-Assemblea tal-Fokolari f’udjenza privata Assemblea Ġenerali
[:mt]Assemblea Ġenerali – Djarju 12 – 5 ta’ Frar, 2021 [:] Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Beatification ceremony – Fr Silvano Cola

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO