Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

[:mt]Assemblea Ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari – Djarju 9 – 2 ta’ Frar 2021[:]

Posted on February 2, 2021February 18, 2021 By Website Editor No Comments on [:mt]Assemblea Ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari – Djarju 9 – 2 ta’ Frar 2021[:]

[:mt]Wara 10 ijiem, għall-Assemblea  ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari  issa ser tibqa’ fażi ġdida. L-elezzjoni tal-President il-ġdida, Margaret Karram u l-konferma  tal-lum mis-Sante Sede dwar  l-elezzjoni mġedda ta’ Jesus Moran, ġabu fi tmiemha l-ewwel parti tal-Assemblea,

Bħala l-ewwel att uffiċjali, għada l-President il-ġdida tistabbilixxi n-numru ta’ kunsillieri li l-Assemblea trid tivvota għalihom.  Dan ma jistgħux ikun  anqas minn 20, skont  il-modifika li saret   fl-Istatut Ġenerali tal- Moviment dan l-aħħar.

Fil-waqt li llum bdiet il-ħidma dwar l-orjentamenti  u l-linji li l-Moviment irid jimxi fuqhom fis-sitt snin li ġejjien, mid-dinja kollha qed jaslu kliem ta’ ferħ u xewqat sbieħ  lill-President il-ġdida. Dawn li ġejjien  huma xi wħud minn dawk l-aktar sinifikattivi:

“Ħadna gost meta sirna nafu li ġejt eletta l-president il-ġdida tal-Moviment tal-Fokolari. (…) Għaxi int esperta fid-djalogu bejn il-kulturi (…) n-nomina tiegħek ser tkompli ssaħħaħ ix-xhieda ta’ unità bejn il-kulturi u r-reliġjonijiet. (…) Fil-waqt li nikkoperaw fi “Flimkien għall-Ewropa”, nixtiequ nkunu partner affidabbli  biex nagħtu s-sehem tagħna għal kultura ġdida ta’ unità ”.

Fr. Hienrich Walter, Moviment Schoenstatt

“Għażiża Margaret, (…) nixtieq nifraħlek, anki f’isem Andrea Riccardi  u l-Komunità kollha ta’ Sant’ Egidio  għal din il-kariga hekk importanti (..). Ġa kien hemm diversi okkażjonijet fejn iltqajna(..) l-aktar minħabba fl-impenn għall-unità bejn il-Movimenti  u “Flimkien għall-Ewropa”. (…). Fid-dinja tal-lum hemm bżonn li jinbnew pontijiet  u rabtiet ta’ fraternità  u din hi “vokazzjoni”, li  l-istorja  personali tiegħek u il-fatt li  ġejja minn art ta’ daqshekk tbatija u kunflitt, tagħmlek sensibbli għaliha b’mod partikulari. (…) F’dan l-ispirtu ta’ aħwa, inkomplu l-ħbiberija tagħna  bejn il-Moviment tal-Fokolari u l-Komunità ta’ Sant’ Egidio”.

Marco  Impagliazzo , President tal-Komunita’ ta’ Sant’ Egidio.

“Il-Federazzjoni tal-Ħbiberiji Ebrajki-Nsara fl-Italja  tesprimi l-awguri sinċieri  għall-ħidma t-tajba fil-kariga tiegħek (...).Inġibu quddiem għajnejna d-dawl u l-kuluri  tal-bliet tiegħek: Haifa, Los Angeles u Ġerusalemm, u nawguraw lil xulxin ħidma ta’ kollaborazzjoni fil-promozzjoni tad-djalogu ebrajk-nisrani  u interreliġjuż”.

“F’isem l-Unjoni tal-Komunitajiet Iżlamiċi fl-Italja, bi pjaċir kbir nifirħulek għan-nomina tiegħek bħala President tal-Moviment tal-Fokolari. F’isem il-komunitajiet li nirrappreżenta, inġedded ir-rieda li naħdmu dejjem flimkien fit-triq tad-djalogu, tal-kondiviżjoni u tal-laqgħa, bit-tama li nistgħu niġbru frott ta’ paċi”   – Yassime Lafram, President UCOII

“ L-Ordni tas-Santo Sepolcro twassal l-isbaħ xewqat tagħha lill-President il-ġdida tal-Moviment tal-Fokolari, Margaret  Karram (..) Għarbija, Kattolika minn Haifa li dejjem  tat is-sehem qawwi tagħha fl-attivitajiet għad-djalogu interreliġjuż, filwaqt li ħadmet għall-kultura tal-laqgħa fl-Art  Imqaddsa”.

Għeżież qarrejja, qabel ma nagħlqu dan d-djarju, nixtiequ nitolbu l-kollaborazzjoni tagħkom. Qed jidhru dokumenti, ritratti u reġistrazzjonijiet tal-Assemblea ġenerali b’diversi mezzi.  Inħossu li għandna nisħqu li din l-Assemblea mhijiex ġrajja publika. Għalhekk nitolbukom  tgħinuna billi tħarsu r-riservatezza u li bl-ebda mod ma xxerrdu materjal li ma jkunx awtorizzat  minn dan l-uffiċċju.

                                                                                             Uffiċċju informazzjoni tal-Moviment tal-Fokolari

[:]

Aħbarijiet, Assemblea Ġenerali, Special Tags:Assemblea Ġenerali

Post navigation

Previous Post: [:mt]Jesús Morán elett għal darb’oħra Ko-president tal-Moviment tal-Fokolari[:]
Next Post: [:mt]Assemblea Ġenerali – Djarju 10 – 3 ta’ Frar, 2021[:]

More Related Articles

[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru[:en]September Word of Life[:] Aħbarijiet
Il-Ħdax l-Assemblea tal-Kunsill Dinji tal-Knejjes Aħbarijiet
The General Assembly of the Focolare Movement is about to begin Aħbarijiet
Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju 2024 Aħbarijiet
Ġurnata Dinjija taż-Żgħażagħ 2023 / 4 Aħbarijiet
Genfest 2024: Together to care Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme