Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2023

Posted on October 1, 2023September 17, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2023

Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


“Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla” (Mt 22, 21).

Kif Ġesù kien dieħel Ġerusalemm, in-nies bdiet tgħajjat “Bin David”. Dan hu titlu rjali li fil-Vanġelu ta’ Mattew ifisser Kristu, li ħabbrilna li s-Saltna t’Alla hi fil-qrib.

F’dan il-kuntest, bdiet għaddejja diskursata bejn Ġesù u grupp ta’ nies li bdew jagħmlulu xi mistoqsijiet. Uħud minnhom kienu Erodjani, oħrajn Fariżej. Dawn iż-żewġ gruppi ma kenux jaħsbuha l-istess fuq is-setgħa tal-imperatur Ruman. Huma staqsewh jekk kenitx ħaġa sewwa li jħallsu t-taxxa lil Ċesari. Dan għamluh biex iġegħluh jgħid kienx jaqbel jew le mal-ħakma Rumana, biex imbagħad ikunu jistgħu jakkużawh.

Imma Ġesù weġibhom billi qalilhom juruh il-munita tat-taxxa. Billi fuqha kien hemm wiċċ u kitba tal-imperatur, weġibhom hekk:

“Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla”.

Imma xinhu dak li rridu nagħtu lil ċesari u lil Alla?

Ġesù fakkarhom li Alla jiġi l-ewwel u qabel kollox. Infatti, kif fuq il-munita tat-taxxa kien hemm ix-xbieha tal-imperatur. Bl-istess mod insibu x-xbieha ta’ Alla minquxa f’kull bniedem.

L-istess tradizzjoni Lhudija tisħaq li kull bniedem hu xbieha t’Alla1, billi tuża l-eżempju tax-xbieha li ssib fuq il-muniti: “Meta xi ħadd jagħmel il-muniti mill-istess forma, dawn joħorġu kollha l-istess, imma r-Re tar-rejiet, il-Qaddis imbierek, ħoloq kull bniedem bl-istess forma tal-ewwel bniedem, u l-ebda wieħed ma hu l-istess”2.

Għalhekk, aħna nistgħu nagħtu lilna nfusna ʹl Alla biss, aħna ħlejjaq tiegħu u biss fiH insibu l-libertà u d-dinjità. M’hemm l-ebda setgħa tal-bniedem li tista’ tippretendi l-istess fedeltà. Ġesù waħdu, u ħadd ħliefu ma jista’ jgħinna nagħtuH il-post li jixraqlu. Għal Ġesù “(…) li tħobb kien ifisser li jwettaq ir-rieda tal-Missier. Lil Missieru, Ġesù tah moħħu, qalbu u l-enerġija kollha tiegħu, saħansitra ħajtu. Hu ngħata kollu kemm hu biex iwettaq il-pjan li l-Missier kellu għaliH. Fil-Vanġelu narawH dejjem b’ħarstu lejn  il-Missier. (…) L-istess hu mitlub minna: li nħobbu jfisser nagħmlu r-rieda ta’ Alla, nagħmluha kollha kemm hi, bis-saħħa kollha tagħna. […] B’hekk aħna mitlubin nagħtu kull ma għandna, għax lil Alla rridu nagħtuh kollox, u xejn inqas minn hekk: qalbna kollha, ruħna kollha, moħħna kollu”3.

“Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla”.

Kemm-il darba jiġrilna li niltaqgħu ma’ problemi, ma għażliet diffiċli li bihom nistgħu naqgħu fit-tentazzjoni li naraw kif nagħmlu u ninħelsu minnhom f’qasir żmien. Ġesù wkoll sab ruħu quddiem żewġ soluzzjonijiet, imma għaliH is-soluzzjoni kienet waħda ċara: fuq quddiemnett kien hemm il-wasla tas-saltna t’Alla. Issa dan nagħmluh billi nibqgħu nħobbu.

Ta’ min nistaqsu lilna nfusna: qalbna xi trid: il-fama, il-karriera, suċċess fil-ħajja? Nammiraw lil dawk li jissejħu ‘influencers’?

Qegħdin nagħtu lil dawn l-affarijiet l-ewwel post li jixraqlu Alla?

Bit-tweġiba tiegħu lill-Erodjani u l-Fariżej, Ġesù jridna nimxu ʹl quddiem billi naraw tassew x’irridu npoġġu fuq quddiem nett fil-ħajja tagħna.

Fil-fond tal-kuxjenza tagħna nistgħu nisimgħu leħen, xi drabi leħen ħelu li ma jagħmilx storbju u li ħsejjes oħra jippruvaw ifixkluh. Imma dan il-leħen ħelu aħna nistgħu nagħrfuh. Din hi t-triq li biha l-ħin kollu nfittxu kif insiru aktar aħwa ta’ xulxin. Din it-triq tinkuraġġina nġeddu dejjem din l-għażla, anki jekk ikollna nimxu kontra l-kurrent.

Din hi ħidma fundamentali biex biha nibnu djalogu ma’ ħaddieħor, biex flimkien insibu tweġibiet tajba għal ħajjitna. Dan ma jfissirx li naħarbu mir-responsabiltajiet persunali tagħna  fis-soċjetà, imma li noffru lilna nfusna biex naħdmu għall-ġid ta’ kulħadd.

Dietrich Bonhoeffer kien arrestat u spiċċa maqtul minħabba l-oppożizzjoni tiegħu għan-nażiżmu. Waqt li kien maqful, hekk kiteb lill-għarusa tiegħu: “Fidi li taħrab mid-dinja ma nifhimhiex. Bil-fidi rridu nibqgħu nirreżistu fid-dinja, irridu nibqgħu nħobbu u nibqgħu fidili lejn is-Saltna t’Alla, minkejja s-slaleb kollha li din il-fedeltà ġġibilna. Iż-żwieġ tagħna għandu jkun tweġiba lil Alla li biha ngħidulu iva. Hu għandu jsaħħaħ fina l-kuraġġ biex naħdmu u  noħolqu xi ħaġa f’din id-dinja. Wisq nibża’ li dawk l-insara li jimxu fuq sieq waħda fid-dinja, għad jitilgħu fis-sema b’sieq waħda” .

Letizia Magri u t-team tal-Kelma tal-Ħajja

  1. Ara. Ġen 1, 26.
  2. Mishnà Sanhedrin 4, 5.
  3. C. Lubich, Kelma tal-Ħajja Ottubru 2002, fil-ktieb, Parole di Vita, ta’ Fabio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5; Città Nuova, Roma 2017) pġ. 669-670

Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2023
Next Post: Is-Sinodu fuq is-Sinodalita’

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta’ Frar 2024 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2020 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Frar 2019 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Laqgħa tal-Komunità

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)