Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta' Frar 2019

Posted on February 1, 2019August 13, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta' Frar 2019

“FITTEX IS-SLIEM U IMXI WARAJH” (SAL 34, 15)

F’dan is-salm is-sultan David wera l-ferħ u l-ħajr tiegħu quddiem il-miġemgħa. Hu għadda minn mumenti ta’ periklu u qtigħ il-qalb, imma dar b’fiduċja lejn Alla ta’ Iżrael u reġa’ sab is-sliem.

F’dan l-innu, il-protagonista hu Alla bil-ħniena tiegħu, bil-preżenza qawwija u deċiżiva tiegħu qrib il-fqir u l-batut li jduru lejH. David qed jgħidilna x’irridu nagħmlu jekk irridu li aħna wkoll ikollna l-istess salvazzjoni: għandna naħarbu dak kollu li hu ħażin, u nagħmlu dejjem it-tajjeb. Hu jisħaq fuq il-bżonn li ma nweġġgħux lill-proxxmu tagħna bi kliemna. Filfatt, il-kelma tista’ twassal għall-gwerra.

Fil-Bibbja, il-kelma sliem għandha diversi tifsiriet: tfisser saħħa fil-ġisem u fir-ruħ, jew ftehim bejn tnejn min-nies u bejn il-ġnus. Iżda qabel xejn is-sliem hu don t’Alla, li bih niskopru l-wiċċ tiegħu ta’ Missier. Mela, biex ikollna l-veru sliem, jeħtieġ li fuq kollox infittxu `l Alla f’ħajjitna bis-saħħa kollha tagħna.

Biex niksbu s-sliem irridu nagħmlu ħilitna kollha u nimxu fuq dak li tgħidilna l-kuxjenza li dejjem timbuttana biex nagħżlu t-triq it-tajba u mhux dik il-ħażina. Ħafna drabi jkun biżżejjed li nħallu `l Alla jiġi għandna għax Hu dejjem ifittex `il kull wieħed u waħda minna.

Bħala Nsara, aħna ġa għandna rabta mill-qrib ma’ Ġesù permezz tal-Magħmudija. Ġesù hu Alla li jinsab qrib tagħna, li wegħedna li jagħtina s-sliem tiegħu; Alla stess huwa l-paċi. Aħna rċevejna d-don tal-Ispirtu s-Santu, li hu Alla tal-faraġ u li jgħinna wkoll naqsmu mal-oħrajn il-frott tal-paċi t’Alla li ġarrabna f’ħajjitna. Hu jurina t-triq biex inħobbu `l dawk li jinsabu qrib tagħna u b’hekk negħlbu l-ġlied, nevitaw li nakkużawhom bla bżonn, li niġġudikawhom u nitkellmu ħażin fuqhom u niftħu qalbna ħalli nilqgħuhom kif imiss.

Forsi aħna ma nistgħux insikktu l-armi kollha li qed ixerrdu d-demm f’ħafna nħawi taddinja, imma nistgħu nagħmlu ħilitna biex fil-familji, fil-komunità nisranija, fuq il-post tax-xogħol u fil-post fejn ngħixu ntaffu l-feriti u jerġa’ jkollna l-għaqda u s-sliem bejnietna. Jekk ikun hemm komunità żgħira jew kbira li timpenja ruħha b’deċiżjoni biex tagħti xhieda għall-qawwa tal-imħabba, inkunu nistgħu nibnu pontijiet bejn gruppi soċjali, knejjes u partiti politiċi.

Jekk aħna nfittxu l-paċi b’konvinzjoni, nagħrfu kif għandna nġibu ruħna biex inħarsu
l-ħolqien, li hu wkoll don t’Alla għal uliedu u li aħna għandna r-responsabbiltà li ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.

Fl-1999 Chiara Lubich kitbet ittra lil Nikkio Niwano, il-fundatur tal-Moviment Buddista Ġappuniż li jismu Rissho Kosei Kai, fejn qaltlu: “[…] Jekk il-bniedem mhuwiex fil-paċi m’Alla, id-dinja stess ma tkunx fil-paċi. Dawk kollha li huma reliġjużi jħossu t-“tbatija” tad-dinja meta l-bniedem ma jagħmilx użu mid-dinja skont il-pjan t’Alla, imma jkun irid jippossediha. Dan l-egoiżmu u din il-kilba jħammġu l-ambjent aktar minn kull tniġġiż ieħor, li huwa konsegwenza ta’ dan. […] Jekk niskopru li l-ħolqien kollu hu don ta’ Missier li jħobbna, ikun eħfef li nsibu rabta armonjuża man-natura.

U jekk niskopru wkoll li dan hu don għal kulħadd, u mhux biss għal xi wħud, noqogħdu aktar attenti u nirrispettaw `il dak li hu tal-bnedmin kollha ta’ issa u ta’ li ġej”.

Letizia Magri

Aħbarijiet, Kelma tal-Ħajja

Post navigation

Previous Post: “Ara jiena fil-bieb u qiegħed inħabbat”
Next Post: Ma tifhimhiex

More Related Articles

[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju[:en]Word of Life – May 2019[:] Aħbarijiet
Teens4Unity Zero Hunger Challenge Aħbarijiet
Happy Easter 2022 Aħbarijiet
Is-Sinodu fuq is-Sinodalita’ Aħbarijiet
Worldwide Linkup 26 March 2022 Aħbarijiet
Mariapoli 2025 Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme