Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Jannar 2024

Posted on December 31, 2023August 2, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta’ Jannar 2024

Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


“Int għandek tħobb il-Mulej… u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek” (Lq 10, 27).

Din is-sena, il-Ġimgħa ta’ Talb għall-għaqda tal-Insara1 qed tistedinna nirriflettu fuq  il-kliem li jidher  hawn fuq u li nsibuh ukoll fit-Testment il-Qadim2. Fi triqtu lejn Ġerusalemm, Ġesù ltaqa’ ma’ wieħed għaref tal-liġi li staqsih: “Mgħallem, x’għandi nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. B’hekk bdiet diskursata bejniethom, u Ġesù wieġbu b’mistoqsija oħra: “Fil-liġi x’hemm miktub?”3. U l-għaref tal-liġi wieġbu: “Inħobbu ʹl Alla u lill-proxxmu tagħna”, u hekk wieġeb għall-mistoqsija li kien għamel hu stess. Il-Liġi u l-Profeti huma kollha miġbura f’din l-imħabba.

“Int għandek tħobb il-Mulej… u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”.

“U l-proxxmu tiegħi min hu?”, reġa’ staqsieh dak l-imgħallem tal-liġi. Ġesù wieġbu bil-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb. Hu ma qagħadx isemmi min jista’ jkun il-proxxmu tagħna, imma wrieh li rridu nġibu ruħna bi ħniena kbira f’dak kollu li nagħmlu mal-oħrajn. Aħna stess irridu nsiru “proxxmu” għall-oħrajn. Irridu nistaqsu lilna nfusna: “Issa jien, ta’ min jiena proxxmu?”.

Kif għamel dan is-Samaritan, hekk aħna rridu nieħdu ħsieb ħutna meta jkunu fil-bżonn, billi naraw x’għandna nagħmlu fis-sitwazzjonijiet li jkunu jinsabu fihom. U dan irridu nagħmluh bla biża’ ta’ xejn. Irid ikollna mħabba li tkun lesta tgħin, twieżen u tagħmel il-qalb lil kulħadd.

Fl-oħrajn irridu naraw lilna nfusna u nagħmlu magħhom dak li nixtiequ li ħaddieħor jagħmel magħna. Din insejħulha “r-regola tad-deheb” li nsibuha fir-reliġjonijiet kollha. Gandhi jfissirha b’dan il-mod: “Inti u jien, aħna ħaġa waħda. Ma nistax inweġġgħek bla ma nweġġa’ lili nnifsi”4.

“Int għandek tħobb il-Mulej… u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”.

“Jekk nibqgħu indifferenti u ma nagħmlu xejn quddiem il-bżonnijiet tal-proxxmu tagħna, kemm materjali kif ukoll spiritwali, ma nistgħux ngħidu li nħobbu ʹl-proxxmu tagħna bħalma nħobbu lilna nfusna. Ma nistgħux ngħidu li nħobbuh kif ħabbu Ġesù. F’komunità li trid tispira ruħha mill-imħabba li għallimna Ġesù, ma nistgħux nagħmlu differenza bejnietna u ma nistgħu nittraskuraw lil ħadd. […]. Sakemm nibqgħu nħarsu lejn il-proxxmu tagħna bħala xi ħadd barrani, xi ħadd li ma jħalliniex bi kwietna u jfixkel il-proġetti tagħna, ma nistgħux ngħidu li nħobbu ʹl Alla b’qalbna kollha”5.

“Int għandek tħobb il-Mulej… u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”.

Il-ħajja hi magħmula minn dak li jseħħ fil-mument preżenti. Meta nindunaw b’dawk in-nies li jinsabu qrib tagħna, u nagħrfu nisimgħu ʹl-oħrajn, il-ħajja ssir aktar interessanti u nagħmlu dak li qatt ma konna nobsru li nistgħu nagħmlu. Hekk ġralha Victoria:

“Fil-knisja bqajt milquta bil-vuċi sabiħa ħafna ta’ mara Afrikana li kienet qiegħda ħdejja. Fraħtilha u ħeġġiġtha biex tingħaqad mal-kor tal-parroċċa. Bdejna nitkellmu ftit u sirt naf li hi kienet soru mill-Guinea, fi triqtha lejn Madrid. Qaltli li fl-istitut fejn kienet hi, kienu jilqgħu trabi u tfal żgħar abbandunati li jrabbuhom u jieħdu ħsiebhom sa ma jikbru, jidħlu l-università, jew jitgħallmu xi sengħa. Qaltli wkoll li għandhom post fejn iħitu imma li m’għandhomx magni biżżejjed.

Offrejt li ngħinha biex issib magni oħra, u poġġejt it-tama tiegħi f’Ġesù, ċerta li Hu jismagħna u jħeġġiġna nibqgħu nħobbu sal-aħħar.

Wieħed ħabib tiegħi kien jaf lil xi ħadd tas-sengħa. Dan kien kuntent li jieħu sehem f’din il-katina ta’ mħabba. Sewwa u tana tmien magni u sab ukoll magna oħra li tgħaddi l-ħwejjeġ. Koppja li nafuha li kienet sejra għal jumejn vaganza, bidlu l-programm tagħhom u għamlu vjaġġ itwal biex setgħu jieħdu dawn il-magni Madrid. U hekk, “il-magni tat-tama”, bi vjaġġ twil bil-baħar u bl-art, waslu sa Malabo. Fil-Guinea bilkemm setgħu jemmnu! Fil-messaġġi li bagħtulna stajna nindunaw bil-gratitudni tagħhom!”.

Patrizia Mazzola
u t-team tal-Kelma tal-Ħajja

1. Din tiġi ċċelebrata bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar. Is-siltiet ta’ talb għal din is-sena ġew ippreparati minn tim ekumenika mill-Burkina Faso.

2. Ara Dt 6, 4-5 u Lv 19, 18.

3. Lq 10, 25.

4. C. Lubich, L’arte di amare, Città Nuova, Ruma 2005, pġ. 24.

5. C. Lubich, Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 1985, fil-ktieb, Parole di Vita, ta’ Fabio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5; Città Nuova, Ruma 2017) pġ. 340-341.

Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: Bl-isbaħ xewqat għal Milied u Sena Ġdida ta’ paċi u fraternità!
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Frar 2024

More Related Articles

[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Jannar[:en]January Word of Life[:] Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Frar 2026 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Diċembru 2024 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2024 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Awwissu 2026 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme