Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta' Lulju 2026

Posted on June 30, 2026September 17, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta' Lulju 2026

Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


“Dak imbagħad li nżera’ f’art tajba huwa dak li jisma’ l-kelma u jifhimha; u tassew hu jagħmel il-frott” (Mt 13, 23).

Ġesù kellem lill-folla li nġabret madwaru fuq ix-xatt tat-Tiberija permezz tal-parabboli; u wara hu fisser sew lid-dixxipli dak kollu li kien qal.

Il-protagonista fir-rakkont tallum hi l-Kelma t’Alla, li Ġesù jqabbilha ma’ żerriegħa ċkejkna u dgħajfa. Għalkemm il-ġebel, ix-xewk u l-għasafar jistgħu jkunu ta’ xkiel biex din iż-żerriegħa tinbet, tagħmel l-għeruq u tagħti frott matur, il-bidwi għaqli jiżragħha għax jaf sew x’qawwa tal-għaġeb hemm ġo fiha.

Ġesù juża din it-tixbiha biex jurina r-rabta li hemm bejn il-bniedem u l-Kelma li Alla jagħtih bil-kotra. Hemm min jilqa’ din il-Kelma, iżda hemm oħrajn li min

“Dak imbagħad li nżera’ f’art tajba huwa dak li jisma’ l-kelma u jifhimha; u tassew hu jagħmel il-frott.”.

ħabba diversi raġunijiet iħalluha taqa’ bla ma tagħmel ebda frott. Il-ħajja superfiċjali u t-tħassib materjali żejjed jheddu l-miraklu tal-ħajja sopranaturali li Alla stess jixtieq li jkebbes fil-ħlejjaq tiegħu.

Ġesù jistieden lilna wkoll, bħalma għamel mad-dixxipli, biex nidħlu fil-misteru umli tal-imħabba t’Alla, u fl-istess ħin jitlobna nagħmlu deċiżjoni personali billi nistaqsu: xi kwalità ta’ “art” nixtiequ nkunu aħna?

“Dak imbagħad li nżera’ f’art tajba huwa dak li jisma’ l-kelma u jifhimha; u tassew hu jagħmel il-frott.”

Jeħtieġ nisimgħu u nifhmu: dan jidher li hu s-sigriet biex inkunu art li tilqa’ l-Kelma, fejn iż-żerriegħa tagħha tkun tista’ tesprimi l-qawwa tagħha u tagħmel frott tajjeb.

Is-smigħ hu xi ħaġa tassew prezzjuża għax meta nisimgħu nkunu qed nagħmlu l-vojt spiritwali meħtieġ biex fina tgħammar il-ħajja t’Alla, li hu dejjem lest li jagħtina l-ħniena tiegħu, anki qabel ma nitolbuhielu, u li bis-sabar kollu jirrispetta ż-żmien meħtieġ biex il-frott jimmatura.

Kif tgħid Chiara Lubich f’kitba tagħha: il-Kelma t’Alla “ddawwal mhux biss lill-moħħ, imma lill-eżistenza kollha, għax hi dawl, imħabba u ħajja. Tagħti dik il-paċi li Ġesù jsejħilha ‘l-paċi tiegħi’ anki fil-mumenti ta’ tħassib u taħwid. Tagħti l-ferħ sħiħ ukoll jekk xi drabi r-ruħ tkun mgħaffġa taħt it-tbatija. Tagħti l-qawwa l-aktar meta jkun hemm id-dwejjaq u jonqos il-kuraġġ. Tagħmilna ħielsa għax tiftaħ it-triq tal-Verità (…). Hemm bżonn li anki fina titwieled imħabba kbira għall-Kelma t’Alla; li nilqgħuha b’attenzjoni meta tkun imħabbra lilna fil-knejjes, meta naqrawha, nistudjawha, nimmeditawha …. Iżda fuq kollox aħna msejħin biex ngħixuha (…). Meta ngħixu kelma waħda ta’ Ġesù, inkunu qed ngħixu l-Vanġelu kollu għax f’kull kelma hu jagħtina kollox, hu stess jiġi jgħammar fina (…) u hekk jibdel il-mod kif naħsbu, nixtiequ u nġibu ruħna fiċ-ċirkustanzi kollha tal-ħajja”1.

“Dak imbagħad li nżera’ f’art tajba huwa dak li jisma’ l-kelma u jifhimha; u tassew hu jagħmel il-frott.”

Wambil mill-Messiku jirrakkonta: “Kien hemm żmien meta kont inħossni maqbud f’morsa. Kont f’relazzjoni vjolenti, bdejt infittex li naħrab minnha u nirranġa l-affarijiet bil-forzi tiegħi. Kont inkun influwenzat mill-midja soċjali u minn ħafna ilħna oħra, u kont insegwi affarijiet li ma kinux ġejjin minn Alla. Minkejja l-isforzi kollha li kont nagħmel, kont inħoss fija ħafna vojt u ħajti kienet bla skop. Kont naf li l-imħabba hi l-ilsien li jifhmu kulħadd, u meta bdejt nagħmel xogħol volontarju sibt xi ħaġa li bdiet timla lil ħajti; ħassejt li din kienet xi ħaġa ġejja minn Alla. Maż-żmien skoprejt post fejn stajt nisma’ l-Kelma tiegħu u nikber fir-rabta tiegħi miegħu. Inħossni tassew grat”.

Il-Kelma tista’ taħdem fina anki meta nħossu ċertu vojt, għax kif jgħid il-profeta Isaija: “Bħalma x-xita u s-silġ jinżlu mis-smewwiet u ma jerġgħux lura mnejn ġew bla ma jsaqqu l-art, imma jġegħluha tnissel u tnibbet, (…) hekk jiġri minn kelmti, hija toħroġ minn fommi u ma terġax lura vojta, imma tagħmel dak li jogħġob lili u ttemm dak li nkun bgħattha tagħmel” (Is 55, 10-11).

Imsaħħin b’din it-tama, fi żmien maħkum mill-biża’ u t-tensjonijiet, ejjew ukoll nieħdu ħsieb insaħħu l-fiduċja f’dawk li magħhom naqsmu ħajjitna. Ejjew nemmnu li huma kapaċi jagħtu frott tajjeb, filwaqt li noħolqu okkażjonijiet biex nisimgħu lil xulxin u niddjalogaw, ħalli hekk nimxu flimkien u ninħabbu bħal aħwa.

Letizia Magri
u il-grupp tal-Kelma tal-Ħajja

REFERENZI

1. C. Lubich, Kelma tal-Ħajja Marzu 2003, ara, Parola di Vita, ta’ Fabio Ciardi, (Opere di Chiara Lubich 5), Città Nuova, Ruma, 2017, pġ. 684-685

Photo: Pixabay

kelma tal-ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta' Ġunju 2026
Next Post: Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026 kelma tal-ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Awwissu 2024 Aħbarijiet
Kelma tal-Ħajja ta' Ġunju 2025 kelma tal-ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Laqgħa tal-Komunità

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)