Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Papa Franġisku: Nroddu hajr għal dan l-eżempju straordinarju

Posted on April 21, 2025July 2, 2026 By Website Editor No Comments on Papa Franġisku: Nroddu hajr għal dan l-eżempju straordinarju

Rocca di Papa, 21 ta’ April 2025

Il-messaġġ ta’ Margaret Karram, President tal-Moviment tal-Fokolari dwar it-tluq lejn is-Sema ta’ Papa Franġisku.

“Ħassejt niket profond meta sirt naf li l-maħbub Papa Franġisku ħalla din id-dinja biex imur f’dar il-Missier. Ningħaqdu mal-Knisja kollha biex inrodduh lil Alla, fil-waqt li nroddu hajr għal dan l-eżempju straordinarju u don ta’ mħabba li l-Papa kien għal kull persuna u kull poplu.

Kien hemm ħafna mumenti matul il-pontifikat tiegħu, meta ħassejna li l-Papa hu ragħaj li jħobb u li jgħix qrib ħafna, anki tal-Moviment tal-Fokolari: hu dejjem laqagħna u wriena kif għandna nimxu biex inkunu xhieda tal-Vanġelu b’kuraġġ u radikalità.

Fost il-ħafna mumenti li għexna miegħu, żgur li ma ninsewx dak li qalilna meta l-Assemblea Ġenerali tal-Fokolari kellha udjenza miegħu fl-2021:

“(..) Araw li tibqgħu tisimgħu dejjem l-għajta tal-abbandun ta’ Kristu msallab li turi kemm hi tassew kbira l-imħabba. Il-grazzja li nieħdu minnha tqanqal lilna, midinbin dgħajfa, biex inwieġbu b’mod ġeneruż u xi drabi b’mod erojku; u tista’ tibdel it-tbatijiet u saħansitra t-traġedji f’għajn ta’ dawl u tama għall-umanità”.

U fl-aħħar ma nistax ma nsemmix ukoll l-imħabba u l-attenzjoni tal-Papa għalija personalment, għat-tbatijiet tal-poplu tiegħi fl-Art Imqaddsa. U nħossni tassew grata li ġejt imsejħa biex nieħu sehem fis-Sinodu dwar is-Sinodalità, fejn hu stess fetħilna l-bibien ta’ Knisja Sinodali, li issa qed tagħmel il-passi tagħha fid-dinja kollha

Flimkien mal-Moviment tal-Fokolari fid-dinja kollha, ningħaqad fit-talb mal-Knisja Universali u ma’ dawk kollha ta’ rieda tajba, ċerta li l-Madonna “Salus Populi Romani”, li l-Papa kellu devozzjoni kbira lejha, tilqgħu fis-Sema b’dirgħajha miftuħa”

Margaret Karram
President tal-Moviment tal-Fokolari

Sors: https://www.focolare.org/en/thank-you-pope-francisco/

 

Aħbarijiet Tags:Papa Franġisku

Post navigation

Previous Post: Grazzi, għażiż Papa Franġisku
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta' Mejju 2025

More Related Articles

Robert Almada jwieġeb għal disa' mistoqsijiet Aħbarijiet
[:mt]Seminar: “Liema profitt għandu l-ikbar valur?”[:en]Seminar: “Which Profit has the Greatest Value?”[:] Aħbarijiet
Ġurnata Dinjija taż-Żgħażagħ 2023 / 3 Aħbarijiet
God’s dreams can be slowed down, but not stopped! Aħbarijiet
[:mt]”Aktar ma nħobbu lil ħuna, aktar tonqos it-tbatija”[:en]World day of prayer for humanity[:] Aħbarijiet
Grazzi Emmaus! Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme