Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Il-Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2025

Posted on November 1, 2025July 1, 2026 By Website Editor No Comments on Il-Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2025

Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti.


“Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla” (Mt 5, 9).

Dan l-aħħar, ħidma ta’ riċerka li saret minn tliet universitajiet Taljani sabet li f’sena waħda ntbagħtu aktar minn miljun messaġġ ta’ mibegħda fuq l-internet. Messaġġi vjolenti qed jintbagħtu kontra l-barranin, il-Lhud, imma l-aktar kontra n-nisa.

Żgur li ma nistgħux niġġeneralizzaw, imma kull wieħed u waħda minna, fil-familja, fuq il-post tax-xogħol, fil-qasam sportiv, ġarrabna xi forma ta’ ġlied u offiżi li jġibu l-firda u jpoġġu fil-periklu l-ħajja tagħna fis-soċjetà. Imbagħad nafu li bħalissa hemm għaddejjin 56 gwerra fid-dinja. Dan hu l-akbar numru mit-Tieni Gwerra Dinjija ʹl hawn u dan qed iħalli għadd kbir ta’ vittmi ċivili.

F’dan il-kuntest, kliem Ġesù jinstema’ aktar veru u qawwi minn qatt qabel.

“Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla”.

“Kull poplu, kull bniedem jixxennaq għall-paċi, għall-ftehim, għall-għaqda. Madankollu, wara snin kbar ta’ storja u minkejja l-isforzi kollha u rieda tajba għad ma għandniex ħila niksbu paċi stabbli u dejjiema. Ġesù ġie biex iġibilna l-paċi. Iżda kif jgħid hu din il-paċi mhijiex bħal dik li ‘tagħti d-dinja’[1] għax mhijiex biss nuqqas ta’ gwerra, ta’ ġlied, ta’ firdiet u trawmi. Il-paċi li jagħti ‘Hu’ hi hekk ukoll, imma hi ħafna aktar minn hekk: hi milja ta’ ħajja u ferħ, hi salvazzjoni sħiħa tal-bniedem, hi ħelsien, hi ġustizzja u mħabba tal-aħwa bejn il-ġnus kollha”[2].

Il-Kelma tal-Ħajja ta’ dan ix-xahar hi s-seba’ waħda mill-beatitudnijiet li nsibu fil-bidu tad-Diskors tal-Muntanja (Mt 5-7). Ġesù, li għex dawn il-beatitudnijiet kollha, ried li jgħallimhom lid-dixxipli. Ta’ min jinnota li huma kollha fil-plural. Dan iwassalna biex ngħidu li l-aċċent mhux qiegħed fuq l-imġiba individwali jew virtujiet personali imma pjuttost fuq etika li ngħixuha flimkien.

“Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla”.

Min huma dawk li jġibu l-paċi? Din il-“beatitudni hi l-aktar waħda attiva, li tista’ tissarraf f’azzjoni; dan il-kliem jixbaħ lil dak li nsibu fl-ewwel vers tal-Bibbja li jitkellem fuq il-ħolqien u li juri sens ta’ inizjattiva u tħabrik. Min-natura tagħha stess l-imħabba hi kreattiva […] u tfittex il-ftehim, ikun xi jkun il-prezz biex tiksbu. Jissejħu wlied Alla dawk li jitgħallmu l-arti tal-paċi u jħaddmuha; għax jafu li ma naslux għall-ftehim bla ma nagħtu ħajjitna stess għalih, u l-paċi rridu nfittxuha dejjem, minkejja kollox. […] Din mhix opra li tinkiseb bil-ħila tagħna, hi wirja tal-grazzja li ksibna mingħand Kristu, li hu l-paċi tagħna, li għamilna wlied Alla”[3].

“Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla”.

Mela kif ser ngħixu din il-Kelma? Qabelxejn irridu nxerrdu kullimkien l-imħabba vera. Imbagħad, meta naraw li l-paċi tinsab mhedda, irridu naraw x’nagħmlu. Xi drabi biżżejjed tisma’ b’imħabba lil dawk li ma jkunux jaqblu bejniethom, tismagħhom sal-aħħar. B’dan il-mod nistgħu naslu għal ftehim.

Ħafna drabi ir-relazzjonijiet jinkisru minħabba nuqqas ta’ ftehim dwar affarijiet żgħar: jeħtieġ li ma nċedux qabel ma naraw li dawn ir-relazzjonijiet jerġgħu lura għal li kienu. Nistgħu ukoll nagħtu sehemna f’xi grupp, f’xi għaqda, f’xi parroċċa fejn ninsabu, billi nagħtu l-ħajja lil xi inizjattivi li jqanqlu aktar kuxjenza dwar il-ħtieġa tal-paċi. Fid-dinja hawn għadd kbir ta’ inizjattivi kbar u żgħar, li jaħdmu b’risq il-paċi: mixjiet, kunċerti, laqgħat, l-istess volontarjat li joħloq kurrent ta’ ġenerożità li biha nistgħu nibnu l-paċi.

Insibu wkoll programmi ta’ edukazzjoni għall-paċi bħalma huma “Living Peace”[4]. Illum hemm aktar minn 2600 skola u grupp imsieħba f’dan il-proġett u aktar minn miljun tifel u tifla, żgħażagħ u adulti li jieħdu sehem f’attivitajiet li jsiru f’kull kontinent. Fost dawn insibu “L-Cube tal-paċi” – li hija ispirata mill-Cube tal-arti tal-imħabba ta’ Chiara Lubich[5]. Fuq kull faċċata ta’ din il-Cube tal-paċi hemm kliem li jgħin biex jinbnew rabtiet ta’ paċi. Hemm ukoll it-Time Out, inizjattiva li ssir fid-dinja kollha: wieħed jieqaf f’nofsinhar biex jagħmel mument ta’ skiet, ta’ riflessjoni u talb għal paċi.

Augusto Parody Reyes
u il-grupp tal-Kelma tal-Ħajja

[1] Ara Ġw 14, 27.
[2] C. Lubich, Parole di vita, ta’ Fabio Ciardi, (Opere di Chiara Lubich 5) Città Nuova Editrice, Roma 2017, pġ. 709 (Jannar 2004).
[3] Papa Francesco, Udjenza Ġenerali. Katekeżi fuq il-Beatitudnijiet. L-Erbgħa 15 ta’ April, 2020.
[4] http://livingpeaceinternational.org.
[5] C. Lubich, L’arte di amare, Città Nuova Editrice, Roma 2005.

Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta' Ottubru 2025
Next Post: Focolare Annual Report 2024: “You did it to me”

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2025 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja – Diċembru 2018[:en]Word of Life – December 2018[:gb]Word of Life – December 2018[:] Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru[:en]September Word of Life[:] Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju 2019[:en]July Word of Life[:] Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2024 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme