Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

Posted on August 31, 2026September 17, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


“L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Nistgħu nikkmandaw lil xi ħadd biex iħobb? Jekk b’imħabba nifhmu sentiment, mela żgur li ma nistgħux; iżda jekk nagħrfu li l-imħabba hi don ta’ Alla, l-affarijiet ma jibqgħux l-istess.

Din il-Kelma tal-Ħajja hi meħuda mill-ittra ta’ San Pawl lir-Rumani fejn hu jitkellem dwar ir-rabta li hemm bejn il-Liġi u l-imħabba, u jisħaq li l-imħabba hi l-milja tal-Liġi. Ftit qabel, hu jgħid mnejn hi ġejja l-imħabba: “Alla wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin” (Rm 5, 8). U l-ewwel ittra ta’ San Ġwann tgħidilna: “Hawn qiegħda l-imħabba; mhux għax aħna ħabbejna ’l Alla, imma għax ħabbna Hu u bagħat lil Ibnu biex ikun ta’ tpattija għal dnubietna” (1Ġw 4, 10).

“L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi.”

Ħadd minna ma jista’ jagħti minn dak li m’għandux. Santu Wistin fehmu tajjeb dan meta dar lejn Alla u talbu: “Għinni ngħix dak li tikkmandani, u kkmandani dak li trid”[1]. Aħna rċevejna d-don kbir tal-imħabba ta’ Alla u msejħin biex ma nżommuhx għalina biss, imma biex naqsmuh mal-oħrajn. Aħna nistgħu mhux biss nilqgħu l-imħabba ta’ Alla, imma nistgħu nsiru wkoll dawk li jagħtuha: aħna l-maħbubin imsejħin biex inkunu dawk li jħobbu filwaqt li nieħdu sehem mill-ħajja stess tal-Missier li jħobb, tal-Iben il-Maħbub u tal-Ispirtu s-Santu li hu l-Imħabba.

San Pawl jiżgurana li m’għandniex dejn ieħor ħlief dak li nħobbu lil xulxin, għax min iħobb ikun qed iwettaq il-Liġi[2].

“L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi.”

Chiara Lubich tisħaq li: “L-imħabba vera ma tagħmel ħsara lil ħadd, u għalhekk twassalna biex ngħixu l-kmandamenti kollha, bla ma nħallu barra ebda wieħed minnhom, ladarba l-għan ewlieni tagħhom hu li nevitaw dak kollu li jagħmel ħsara lilna u lil ħutna”[3].

Meta nifhmu l-kmandamenti tal-Liġi b’dan il-mod, dawn ma jibqgħux obbligu imma jsiru don ġej mingħand Alla li jħobbna, u mhux biss ma jrażżnux imħabbitna, imma jagħtuha libertà sħiħa.

“L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi.”

L-ewwel pass li jeħtieġ nagħmlu biex inwettqu l-imħabba b’mod sħiħ hu li ma nagħmlux deni lill-proxxmu. Iżda mbagħad imħabbitna trid tkun kreattiva. Il-Papa Franġisku jfakkarna: “Mhux biżżejjed li ma nagħmlux ħsara lill-proxxmu, iżda jeħtieġ nagħżlu li nagħmlu l-ġid u nieħdu kull okkażjoni biex nagħtu xhieda li aħna dixxipli ta’ Ġesù”[4].

Mela, kif ser ngħixu din il-Kelma tal-Ħajja? Irridu npoġġu l-imħabba fiċ-ċentru ta’ ħajjitna. U nħobbu lill-oħrajn b’mod konkret kif iħobb Ġesù: hu l-milja tal-imħabba li tagħti lilha nnifisha b’mod sħiħ lil Alla u lill-bnedmin. Hu jgħallimna l-kejl tal-imħabba.

“L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi.”

Doris, tfajla mill-Iskozja tirrakkonta: “Immur inżur regolarment post li jagħti kenn lil dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom, u kull meta mmur insib ruħi f’dinja differenti għal kollox minn dik li ngħix fiha jien. Naf li ma tantx jgħodd dak li nħoss, imma li jgħodd kemm inħobb. Darba kien hemm raġel li b’dieqa kbira fuq wiċċu qalli li ma riedx ikompli jgħix u kien lest li jneħħi ħajtu. Bqajt ħdejh, nisma’ biss  dak li kellu xi jgħid; u mbagħad ħadna kafè u panina flimkien. Fhimt li biex turi l-imħabba, hu biżżejjed li tisma’ lill-persuna l-oħra u tkun hemm għaliha. Meta wasal il-ħin biex nitlaq, dan ir-raġel għannaqni miegħu, tbissem u qalli kemm hu importanti dak li konna qed nagħmlu aħna, mhux biss għalih, imma għal dawk kollha li kienu f’dik id-dar. Indunajt kemm hi kbira l-qawwa tal-imħabba. Il-gratitudni tiegħu mlietni bil-ferħ, u din kienet xi ħaġa tassew qawwija għalija”.

Claudio Cianfaglioni
u il-grupp tal-Kelma tal-Ħajja

[1] Agostino, Confessioni, 10, 29, 40.
[2] Ara Rm 13, 8.
[3] C. Lubich, Kelma tal-Ħajja Settembru 1993, Parole di Vita, ta’ Fabio Ciardi, (Opere di Chiara Lubich 5), Città Nuova, Ruma 2017, pġ. 531.
[4] Papa Franġisku, Udjenza Ġenerali, 3 ta’ Jannar 2018.

Image source: Pixabay

kelma tal-ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż
Next Post: Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2018 kelma tal-ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Mejju 2023 kelma tal-ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' April 2022 kelma tal-ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Laqgħa tal-Komunità

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)