Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

[:mt]Esperjenzi fuq l-azzjoni “Dare to Care”[:]

Posted on October 25, 2020October 9, 2021 By Website Editor 1 Comment on [:mt]Esperjenzi fuq l-azzjoni “Dare to Care”[:]

[:mt]Affarijiet żgħar fil-ħajja ta’ kuljum

Għandi ħanut li jlaqqagħni ma’ bosta nies, u dan għalija jfisser opportunita’ biex bl-affarijiet żgħar fil-ħajja ta’ kuljum  inkunu nista’ nagħti s-sehem tiegħi ħalli tinbena dik ix-xi ħaġa li tagħmilna tassew aħwa ta’ xulxin.

Ftit ilu, per eżempju, fetaħ ħanut ġdid qrib il-ħanut tiegħi;  ħassejt li  kelli mmur  insellem lis-sid ta’ dan il-ħanut  u noffrilu l-id tal-ħbiberija. Mhux l-ewwel darba, li niltaqa’ ma’ xi ħadd li jkollu bżonn ta’ xi lift bil-karrozza, nagħmel ħilti  biex inwarrab il-pjanijiet li jkolli ħalli ngħin lil dik il-persuna mill-aħjar li nista’. Sirt naf kemm persuna kienet qed tkun imweġġa’ minħabba l-kritika li kienet qed issirilha;  meta ltqajt magħha wara li sirt naf b’din il-ħaġa, ħassejt li għandi nuriha l-kwalitajiet sbieħ li hemm fiha.

Mara li tilfet lil binha xi sena ilu qasmet miegħi n-niket tagħha: qaltli li ma kenitx preżenti għall-funeral  u li tant xtaqet iżżur il-qabar tiegħu.  Iddeċidejt li nixtri ftit fjuri u mmur magħha  ċ-ċimiterju.  Wara, stajt nara kemm  din il-mara kienet  aktar mistrieħa.

Huma tassew affarijiet żgħar, iżda aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar ninduna li dawn mhux biss ikabbbru r-rabta tiegħi mal-oħrajn, iżda anki jsaħħu r-rabta tiegħi ma’ Alla.

J.F. (Malta)

 

“Baby Shower” speċjali

Nagħmlu xogħol volontarju ma’ nisa vulnerabli u sirna nafu li waħda minnhom kienet qed tistenna tarbija. Din il-mara għandha storja ta’ ħafna uġigħ il-qalb, u xtaqna nuruha li mhijiex waħidha f’din it-tqala. Iddeċidejna li nagħmlulha “baby shower”. Id-deċiżjoni wasslet għal tellieqa kbira ta’ mħabba li fiha daħlu wkoll xi ħbieb tagħna: kien hemm min ħa ħsieb il-kejk, xi ħaddieħor ħa ħsieb l-ikel u waslet ukoll abbundanza ta’ rigal.

Waqt dan il-festin ċkejken din il-mara sabet l-okkażjoni li titkellem magħna bl-aktar mod miftuħ dwar il-ħajja li tgħix u dak li qasmet magħna kompla jsaħħaħna fil-fehma li aħna għandna dmir wieħed: li nħobbu bla ma niġġudikaw.

Wara dan il-festin waħda minna qalet: “Tgħallimt lezzjoni mill-aktar prezzjuża: issa li sirt naf is-sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha dawn in-nies, inħoss il-bżonn li nifhem aktar id-diffikultajiet tagħhom u nħobbhom sal-aħħar”.

A.V. (Malta)[:]

Aħbarijiet, Dare to Care Tags:dare to care

Post navigation

Previous Post: [:mt]Papa Franġisku: “Ekoloġija integrali teħtieġ konverżjoni profonda”[:en]Pope: “Foster dignity and combat poverty to care for creation.”[:]
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2020

More Related Articles

Film about Chiara Lubich: “Love conquers all” Aħbarijiet
[:mt]Il-Wirt: “Kunu Familja”[:en]Chiara’s legacy: “Be a Family”[:] Aħbarijiet
The Pre-Assembly Process Aħbarijiet

Comment (1) on “[:mt]Esperjenzi fuq l-azzjoni “Dare to Care”[:]”

  1. Anna Caruana Colombo says:
    October 27, 2020 at 10:01 am

    Bellissimo. Grazzi.

    Reply

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Laqgħa tal-Komunità

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)