Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Ngħixu il-Vanġelu: "Ejjew inkunu strumenti ta’ konsolazzjoni"

Posted on November 25, 2020October 16, 2026 By Website Editor 1 Comment on Ngħixu il-Vanġelu: "Ejjew inkunu strumenti ta’ konsolazzjoni"

Ġesù mhuwiex wieħed li ma jimpurtahx mit-tbatijiet tagħna. Hu jfejjqilna qalbna mill-għebusija tal-egoiżmu, jimla l-vojt tagħna u jqawwina f’kulma ngħaddu minnu.

Żwieġ li ġie salvat

Waħda minn uliedna  kienet għaddejja minn żmien diffiċli ħafna fiż-żwieġ tagħha. Meta kellimtha  fuq it-telefon bdiet tibki u qatli li tilfet kull tama li ż-żwieġ tagħha seta’ jkompli u li l-unika soluzzjoni kienet id-divorzju. Żewġi u jiena dejjem emminna fil-wegħda li Ġesu’ għamel lid-dixxipli meta qalilhom: “ Jekk tnejn minnkom fuq l-art igħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom”. B’fidi qawwija f’dan il-kliem ta’ Ġesu, wegħidt lil binti li aħna u l-ħames ħutha l-oħra konna ser nitolbu biex  is-sitwazzjoni ta’ bejniethom tirranġa.

Kien għadda ftit żmien meta reġgħet ċempliltli u bil-kemm stajt nemmen meta minn leħinha malajr indunajt li kienet tajba. Wara li kienu rriflettew sew fuq is-sitwazzjoni ta’ bejniethom  żewġha qabel li kellhom jmorru ikellmu lil xi ħadd li seta’ jgħinhom isolvu l-problemi tagħhom. U dan wassalhom biex isalvaw iż-żwieġ. Meta għaddew xi ftit snin, ir-raġel ta’ binti stqarr magħha  li xtaq isir kattoliku  u talabha tieħdu għand saċerdot biex ikun jista’ jibda din it-triq.

(G. B. – USA)

Bidu ġdid

Kont tassew ħerqana li ser nibda ngħallem fi skola sekondarja taċ-Church of England f’Londra tal-punent, iżda l-ħerqa li kelli malajr bdiet tmur. L-istudenti ma laqgħunix kif xtaqt jien u l-ħin kollu kelli nissara magħhom biex nuri li fil-klassi jien nikkmanda. Meta qsamt dak li kont għaddejja minnu ma’ xi ħbieb irrealizzajt li kelli nipprova nibdel it-tattika. Għalkemm ħassejt li dak li kont qed nagħmel kien tajjeb, iżda għidt: Ġesu’ żgur ma kienx iġib ruħu b’dan il-mod. L-għada meta mort fil-klassi tlabt skuża u għidtilhom li probabbli għamilt ħafna żbalji li għalliema b’ esperjenza aktar kbira ma kenitx tagħmilhom.

L-istudenti qagħdu jisimgħuni fi skiet perfett u stajt ngħidilhom li kont ser inħares lejhom b’għajnejn ġodda u li nittama li huma wkoll kienu ser jagħmlu l-istess. Wieħed minn dawk li l-aktar jaqla trouble fil-klassi qam  u qal quddiem  kulħadd li hu jaċċetta l-apoloġija tiegħi, imbagħad talab skuża f’ismu u f’isem sħabu  tal-klassi. Kienet ġrat xi ħaġa li rari kont tisma’ li ġrat: għalliema talblet skuża quddiem il-klassi kollha. Kien bidu ġdid.

(G.P. – UK)

It-tifel f’salib it-toroq

Kull filgħodu, qabel ma nibda x-xogħol bħala pulizija tat-traffiku, immur nisma’ quddiesa u nitlob lil Ġesu’ jgħinni nħobb lil kull persuna li niltaqa’ magħha matul il-ġurnata. Darba minnhom meta kont xogħol fi  triq li minnha jgħaddi ħafna traffiku u rajt ġuvnott isuq il-mutur tiegħu bi speed qawwi ħafna. Dan għadda u reġa’ għadda, u allura ddeċidejt li nwaqqfu u għidtlu biex ma jsuqx b’dak l-ispeed kollu fil-waqt li ttamajt li ma jaqlax inkwiet. Iżda kien kollu għalxejn.

Fl-aħħar waqaf u qalli: “Għandi ħafna problemi u rrid li dawn jispiċċaw ma’ ħajti”. Bqajt nisimgħu għal ħin twil għalkemm kelli nibqa’ għaddej bix-xogħol tiegħi. Offrejtlu li l-għajnuna tiegħi u qtajtha li ma nagħtihx ċitazzjoni. Telaq aktar fil-paċi. Għaddew ftit tas-snin, kont xogħol f’post ieħor meta raġel żagħżugħ resaq lejja bi tbissima fuq wiċċu u għannaqni. Għidtlu: “Naħseb li għandek żball, qed taħsibni xi ħaddieħor”. Weġibni: “Le, jien dak il-ġuvnott li kont iltqajt miegħek f’salib it-toroq; illum miżżewweġ u tassew kuntent. Ġejt hawnhekk għax ridt niltaqa’ miegħek biex nirringrazzjak”. F’qalbi stajt  ngħid biss grazzi lil Alla.

(S.A. – Italja)

Nixjieħu flimkien

Wara għexur ta’ snin miżżewġin b’imħabba lejn xulxin, indunajt li jien ma kontx aktar  nissaporti lil marti. Hi ma taqbilx miegħi f’ħafna affarijiet li nagħmel jien u dejjem tirrepetili l-istess lezzjoni. Darba minnhom, wara li smajtha darba  tnejn, weġibtha bir-rabja u għidtilha li kont naf x’kelli nagħmel: ma kienx hemm għalfejn toqgħod terġa’ tgħidli. Naturalment hi ħadet għaliha, u jiena ddispjaċieni. Tlabtha maħfra, imma ġewwa fija baqgħet tbatija kbira talli ma kontx irrispettajt u aċċettajt ix-xjuħija tagħha. Bdejt naħseb li jekk qed nagħmel dan magħha, min jaf kemm affarijiet għamilt li jweġġgħuha.

Meta ġiet tarana neputija mal-partner tagħha, bdejna nirrakkuntaw x’kien ġralna. Din, bla ma kien jidher li hemm għalfejn, infaqgħet tikbi u l-partner qabadha minn idha u beda jżiegħel biha. Wara ftit tas-skiet stqarrew magħna li kienu ddeċidew li ma jibqgħux aktar flimkien, minħabba d-differenza li bdew jinnutaw fil-karattru tagħhom. Meta semgħu dak li konna qed nirrakkuntawlhom, kienu tassew kommossi għax raw kemm hi ħaġa sabiħa li qed nixjieħu flimkien u li dejjem nippruvaw nibnu mill-ġdid l-imħabba tagħna lejn xulxin.

(P.T. – Ungerija)

 

Esperjenzi Tags:vanġelu

Post navigation

Previous Post: Inżommu lil Ġesù f’nofsna
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta' Diċembru 2020

Comment (1) on “Ngħixu il-Vanġelu: "Ejjew inkunu strumenti ta’ konsolazzjoni"”

  1. Anna Caruana Colombo says:
    November 27, 2020 at 11:30 am

    Bellissimo. Grazzi. Dawn l-esperjenzi ihegguk tghix int ukoll.

    Reply

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Laqgħa tal-Komunità

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    October 1, 2026
  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)