Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

[:mt]Għeluq tal-fażi djoċesana fil-proċess tal-Kawża tal-Beatifikazzjoni ta’ Chiara Lubich[:]

Posted on November 20, 2019November 20, 2019 By Website Editor No Comments on [:mt]Għeluq tal-fażi djoċesana fil-proċess tal-Kawża tal-Beatifikazzjoni ta’ Chiara Lubich[:]

[:mt]Maria Voce, President tal-Fokolari, ssellem fl-aħħar taċ-ċeremonja meta sar l-għeluq tal-fażi djoċesana fil-proċess tal-Kawża tal-beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni ta’ Chiara Lubich

Katidral ta’ Frascati, 10 ta’ Novembru 2019

“Eċċellenza Mons. Raffaello Martinelli,
Eminenzi, Eċċellenzi, Awtoritajiet reliġjużi, ċivili u militari,

Għeżież,

Maria Voce. Photo ©CSCAudiovisi

Fl-aħħar ta’ din iċ-ċeremonja tal-għeluq tal-fażi djoċesana tal-Kawża ta’ beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni ta’ Chiara Lubich, nixtieq ngħid kelma ta’ ringrazzjament lil dawk kollha li taw sehemhom biex tinġabar ix-xhieda kollha f’dawn il-ħames snin ta’ ħidma intensa. Grazzi fuq kollox lill-Isqof tagħna, Mons Martinelli li ħa ħsieb u segwa l-ħidma kollha li kellha ssir, u li llum permezz ta’ dan l-att konklużiv qed jikkonsenja d-dokumentazzjoni kolllha li nġabret lill-Kongregazzjoni għall-Kawża tal-Qaddisin.

Nirringrazzja ħafna lill-qraba ta’ Chiara li llum jinsabu hawn flimkien magħna biex infaħħru u nirringrazzjaw lil Alla.

Żgur li x-xewqa waħdanija tagħna hi, li permezz ta’ din id-dokumentazzjoni wiesa’, aħna noffru lill-Knisja r-rigal li Chiara kienet għalina u għal ħafna oħrajn.

Chiara laqgħet il-kariżma li Alla ta b’koerenza, jum wara l-ieħor, u filwaqt li mxiet lejn il-milja tal-ħajja nisranija u l-perfezzjoni tal-imħabba, hi ntefgħet b’mod sħiħ biex tgħin lil ħafna oħrajn jagħrfu jimxu f’din it-triq ta’ ħajja evanġelika. Għamlet dan b’determinazzjoni dejjem imġedda biex twassal lil dawk li kienet tiltaqa’ magħhom jagħtu l-ewwel post ta’ ħajjithom lil Alla u “jitqaddsu flimkien”.

Issa qed naraw, li l-ħarsa tagħha u qalbha kienu dejjem imqanqla minn imħabba li kienet kapaċi tħaddan lill-bnedmin kollha, huma min huma, bla ebda differenza; dejjem lesta li tagħti sehemha biex jitwettaq it-testment ta’ Ġesù : Ut omnes unum sint.

Nifirħu lkoll għax nafu li issa l-Knisja ser tistudja u tivalorizza l-ħajja u l-virtujiet tal-qaddejja t’Alla, il-maħbuba tagħna Chiara.

Nistennew bi spirtu ta’ umiltà l-ġudizzju tal-Qdusija tiegħu l-Papa. U nitolbu lil Alla, biex għall-glorja tiegħu u għall-ġid ta’ ħafna, l-umanità u l-istorja jaslu għal żviluppi ġodda ta’ paċi, unità u fraternità universali, permezz tar-rikonoxximent tal-ħajja eżempjari ta’ Chiara. Grazzi.”


Read also: Chiara Lubich: Conclusion of the Diocesan phase of the Cause of Beatification


 [:]

Aħbarijiet

Post navigation

Previous Post: Chiara Lubich: Conclusion of the Diocesan phase of the Cause of Beatification
Next Post: [:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru[:en]December Word of Life[:]

More Related Articles

Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż Aħbarijiet
Hemm imħabba u mħabba Aħbarijiet
[:mt]L-għajxien tal-Vanġelu: “Ishru, mela, għax ma tafux il-jum li fih jiġi Sidkom.”[:] Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Worldwide linkup

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Laqgħa tal-Komunità

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)