Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2022

Posted on October 1, 2022August 13, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2022

Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


“Għax Alla ma taniex spirtu ta’ biża’, imma Spirtu ta’ qawwa, ta’ mħabba u ta’ rażan” (2 Tm 1, 7).

L-ittra li minnha hi meħudha din il-Kelma tal-ħajja, titqies bħala testment spiritwali ta’ Pawlu. Dan l-appostlu kien il-ħabs f’Ruma, jistenna sa ma jkun ikkundannat. Minn hemm kiteb lil Timotju, dixxiplu żagħżugħ tiegħu li issa kien responsabbli mill-komunità ta’ Efesu.

F’din l-ittra nsibu xi twissijiet u pariri li Pawlu ta lil Timotju, imma li jgħoddu wkoll għal kull wieħed u waħda mill-komunità Nisranija ta’ dak iż-żmien u tallum. Pawlu kien marbut bil-ktajjen minħabba l-predikazzjoni tal-Vanġelu u ried iqawwi qalb id-dixxiplu biex hekk ikun jista’ jgħaddi mill-provi u jkun mexxej għaqli tal-komunità. Timotju kien aktarx imbeżża’ quddiem il-persekuzzjonijiet u kien joqgħod xi ftit lura minħabba d-diffikultajiet li kien isib fil-qadi ta’ dmiru. Ma kenitx xi ħaġa naturali għal Pawlu u għal Timotju li jbatu minħabba l-Vanġelu, imma din ix-xhieda tagħhom setgħu jagħtuha għax kienet isserraħ fuq il-qawwa t’Alla.

“Għax Alla ma taniex spirtu ta’ biża’, imma Spirtu ta’ qawwa, ta’ mħabba u ta’ rażan.”

Pawlu jrid jagħti xhieda għall-Vanġelu. Jidher ċar li mhumiex it-talenti, il-ħiliet jew il-limiti personali li jiggarantixxu jew imexxu x-xandir tal-Kelma, imma huma d-doni tal-Ispirtu: il-qawwa, l-imħabba u r-rażan li jiggarantixxu x-xhieda tagħhom. L-imħabba, li tinsab bejn il-qawwa u r-rażan, tgħinna nwettqu d-dmir tad-dixxerniment. Bir-rażan nistgħu nibqgħu għaqlin quddiem kull sitwazzjoni. Timotju, bħal kull dixxiplu ta’ kull żmien, jista’ jwassal il-Vanġelu bil-qawwa, bl-imħabba u r-rażan, saħansitra jbati għall-Vanġelu jekk ikun meħtieġ.

“Għax Alla ma taniex spirtu ta’ biża’, imma Spirtu ta’ qawwa, ta’ mħabba u ta’ rażan.”

Aħna wkoll jiġuna mumenti fejn inkunu se naqtgħu qalbna biex ngħixu u nixhdu għall-Kelma t’Alla, meta ma nkunux nafu kif se nagħmlu f’ċerti sitwazzjonijiet. Chiara Lubich tgħinna nifhmu minn fejn nistgħu niksbu l-qawwa f’mumenti bħal dawn: “Irridu nisiltu l-qawwa mill-preżenza ta’ Ġesù ġewwa fina. Aħna ma rridux neħlu u nibqgħu passivi u rrassenjati, imma rridu noħorġu barra minna nfusna, insiru ħaġa waħda ma’ dak li r-rieda t’Alla titlob minna. Hekk inwettqu dak li l-vokazzjoni titlobna nagħmlu u nserrħu fuq il-grazzja ta’ Ġesù li jinsab ġewwa fina, jiġifieri noħorġu barra minna nfusna. Imbagħad ikun Ġesù stess li jkabbar fina dawk il-virtujiet meħtieġa biex nagħtu xhieda għalih fil-ħidma li ġiet fdata f’idejna”[1]. 

“Għax Alla ma taniex spirtu ta’ biża’, imma Spirtu ta’ qawwa, ta’ mħabba u ta’ rażan.”

Qawwa, imħabba u rażan huma tliet virtujiet tal-Ispirtu li niksbuhom bit-talb u l-eżerċizzju tal-fidi tagħna. Patri Justin Nari, mir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali, kien mhedded bil-mewt flimkien ma’ sħabu u ma’ xi elf Musulman li kienu qed jistkennu fil-Knisja. Irġiel armati talbuh iċedi imma hu baqa’ jiddiskuti magħhom sabiex jevita straġi. Ħin minnhom marru quddiemu b’erbgħin litru petrol u heddewh li jaħarquhom ħajjin, jekk ma jċedux u jagħtu f’idejhom lil dawk il-Misilmin.

Patri Justin jirrakkonta hekk: “Flimkien ma’ sħabi, iċċelebrajt l-aħħar Quddiesa, u dak il-ħin ftakart fi Chiara Lubich. Tgħid x’kienet tagħmel hi kieku kienet minfloki? Kienet tkun lesta tagħti ħajjitha għal dawk il-Misilmin. U hekk qtajnieha li nagħmlu. Fi tmiem il-Quddiesa waslet telefonata mhux mistennija: l-armata tar-Repubblika tal-Afrika Ċentrali kienet għaddejja minn dawk l-inħawi”.

Patri Justin ikompli jirrakkonta: “Mort niġri niltaqa’ magħhom u flimkien morna lura fil-parroċċa. Kien fadal tlettax-il minuta biss sabiex jiskadi l-ultimatum; tlettax-il minuta li fihom kollox spiċċa b’wiċċ il-ġid u bla ebda tixrid ta’ demm”[2].

Letizia Magri

[1] C. Lubich, Parola di Vita Ottubru 1986, mill-ktieb Parole di Vita, ta’ Fabio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5; Città Nuova, Ruma 2017), pġ. 373.

[2] Unità è il nome della pace: La strategia di Chiara Lubich, ta’ Maddalena Maltese, Città Nuova, Ruma 2020, pġ. 29-30.

Kelma tal-Ħajja

Post navigation

Previous Post: Words of Life
Next Post: Focolare Movement’s Annual Report 2020-2021

More Related Articles

Il-Kelma tal-Ħajja ta' Lulju 2025 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja – Jannar 2019[:en]Word of Life – January 2019[:gb]Word of Life – January 2019[:] Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2022 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Jannar 2021 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja - Novembru 2018 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja – April[:en]April Word of LIfe[:] Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme