Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2024

Posted on September 30, 2024August 1, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2024

Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


“Min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu jsir ilsir ta’ kulħadd” (Mk 10, 43-44).

Fi triqtu lejn Ġerusalemm, Ġesù beda jħejji d-dixxipli għall-passjoni u l-mewt tiegħu, iżda kienu propju dawk li mxew warajh mill-qrib li ma setgħux jifhmu dak li kien hemm lest għalih.

Anzi, l-istess appostli bdew jitlewmu bejniethom: Ġakbu u Ġwanni talbuh jagħtihom  post ta’ unur “fil-glorja tiegħu”1, u kif l-għaxra l-oħra semgħu dan, saħnu għalihom u l-grupp deher mifrud. Imbagħad, bis-sabar kollu, Ġesù sejħilhom ħdejh u reġa’ fissrilhom il-messaġġ ġdid li ried iwasslilhom:

“Min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu jsir ilsir ta’ kulħadd”.

F’dan il-kliem, meħud mill-Vanġelu ta’ San Mark, toħroġ dejjem aktar il-figura tal-qaddej-ilsir. Ġesù jurina t-triq biex ma nibqgħux naqdu biss fil-grupp limitat li fih inħossuna komdi, imma biex naqdu ʹl kulħadd bla ma nħallu lil ħadd barra.

Din hi proposta  ġdida li tmur kontra l-mod ta’ kif aħna l-bnedmin nifhmu x’jiġifieri l-awtorità, li forsi kienet issaħħar lill-istess appostli, u għandu mnejn issaħħar lilna wkoll.

Tgħid hawnhekk jinsab is-sigriet tal-imħabba Nisranija tagħna?

“Insibu kelma fil-Vanġelu li forsi ma tantx nagħtuha importanza: il-qadi. Naħsbu li hi xi kelma antikwata u ma tixraqx id-dinjità tal-bniedem, li għandu d-dritt jagħti u jirċievi. Madankollu, il-messaġġ tal-Vanġelu qiegħed kollu hawn. U li tħobb tfisser taqdi. Ġesù ma ġiex biex jikkmanda imma biex jaqdi. […] Il-Kristjaneżmu jfisser qadi, li naqdu lil xulxin, u min sempliċiment jagħmel dan – u din hi xi ħaġa li kulħadd jista’ jagħmilha – ikun għamel kollox. Issa dan il-‘kollox’ fih innifsu hu Kristjaneżmu ħaj, u b’hekk jibda jinbidel u jaqbad f’ħuġġieġa sħiħa”2.

“Min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu jsir ilsir ta’ kulħadd”.

Meta niltaqgħu ma’ Ġesù fil-Kelma tiegħu, għajnejna jinfetħulna. Kif ġralu Bartilmew, kif naqraw fil-versi ta’ wara3. Il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù teħlisna mil-limiti ta’ kif naħsbuha, nibdew naraw il-kobor ta’ Alla nnifsu, il-proġett tiegħu għal “smewwiet ġodda u art ġdida”4.

L-eżempju li jagħtina l-Mulej li ħasel riġlejn l-appostli5, jeħodha kontra l-mod riġidu li ħafna drabi l-komunitajiet ċivili, u xi drabi anki dawk reliġjużi, jirriżervaw għal min jinsab fl-aħħar post tas-soċjetà.

Għalhekk, il-qadi Nisrani jfisser li nimitaw dak li għamel Ġesù, nitgħallmu minnu dan l-istil ġdid ta’ kif ngħixu fis-soċjetà tagħna: irridu ngħixu qrib kull bniedem, hi xinhi l-kundizzjoni tiegħu fis-soċjetà.

Giovanni Anziani, qassis Metodista tal-Knisja Valdese, jgħid: “[…] meta nqiegħdu l-fiduċja u t-tama tagħna kollha fil-Mulej li hu qaddej ta’ kulħadd, il-Kelma tiegħu titlob minna li nġibu ruħna fid-dinja bil-kontradizzjonijiet kollha tagħha, ta’ bnedmin li jġibu l-paċi u l-ġustizzja, bħala bennejja ta’ pontijiet għall-ftehim bejn il-ġnus”6.

Hekk għex Igino Giordani, li kien kittieb, ġurnalista, politiku u missier ta’ familja, fiż-żmien meta l-Italja kienet immexxija minn dittatur. Biex ifisser l-esperjenza tiegħu, kiteb hekk: “Il-politika hi fis-sens dinjituż u Nisrani tagħha, qaddejja u m’għandhiex tkun sid: ma tridx tkun mezz ta’ abbuż, lanqas ta’ setgħa fuq kulħadd jew xi domma. Il-funzjoni u d-dinjità tagħha għandha tkun li taqdi lis-soċjetà, li tħobb b’mod konkret. Hi l-ewwel forma ta’ mħabba lejn art twelidna”7.

Bix-xhieda li Ġesù tana f’ħajtu, hu jistedinna nagħmlu għażla ħielsa: li ma ngħixux aktar magħluqin fina nfusna u ħsiebna biss fl-interessi tagħna, imma li ngħixu għall-oħrajn, u li nġorru fuqna kulma jtaqqalhom, u hekk il-ferħ jinqasam bejn kulħadd.

Ilkoll kemm aħna għandna xi responsabiltà żgħira jew kbira, jew xi setgħa fuq l-oħrajn: fil-politika jew fis-soċjetà, kif ukoll fil-familja, l-iskola, fil-komunità ta’ dawk li jemmnu. Ejjew naħtfu l-okkażjoni ta’ dawn il-“postijiet ta’ unur” li għandna biex naqdu u nibnu rabtiet ġusti bejn kulħadd.

            Letizia Magri u t-team tal-Kelma tal-Ħajja

Ritratt: @Pixabay

  1. Ara Mk 10, 37.
  2. C. Lubich, Servire, rivista «Città Nuova» 17 (1973/12), pġ. 13.
  3. Ara Mk 10, 46-52.
  4. Ara Is 65, 17 u 66, 22, kif ukoll 2 Pt 3, 13.
  5. Ara Ġw 13, 14.
  6. https://www.chiesavaldese.org/aria_covers.php?ref=111
  7. P. Mazzola, Perle di Igino Giordani, Effatà editrice, Torino 2019, pġ. 112

 

Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2024
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta' Novembru 2024

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju 2023 Aħbarijiet
Kelma tal-Hajja ta' Mejju 2022 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ April[:en]Word of Life for April[:] Aħbarijiet
Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju 2024 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju[:en]July Word of Life[:] Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta’ April 2024 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme