Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

L-ewwel film dwar Chiara Lubich

Posted on August 2, 2020October 25, 2026 By Website Editor No Comments on L-ewwel film dwar Chiara Lubich

L-ewwel film dwar Chiara u l-Moviment tal-Fokolari ser jixxandar fuq ir-RAI UNO fil-ħarifa li ġejja.

“Ħolma u fidi ta’ żagħżugħa jistgħu jibdlu d-dinja?” Din hi l-bażi li fuqha d-direttur Taljan Giacomo Campiotti qed jibni l-film dwar Chiara Lubich, l-għalliema minn Trento li meta kellha ftit aktar minn għoxrin sena għexet it-tbatija u l-qtigħ il-qalb li ġabet  it-Tieni Gwerra Dinjija. Lubich ħassitha msejħa biex tibni dinja aħjar, dinja aktar magħquda,  u minn dak iż-żmien ‘il quddiem l-għan tagħha kien li tibni pontijiet bejn il-bnedmin kollha, bla ebda differenza bejn razza, nazzjon jew twemmin reliġjuż,

Dan l-ewwel TV film dwar Chiara li hu biografija ser jiffoka fuq is-snin tal-bidu tal-Moviment, bejn l-1943 u l-1950. Il-produzzjoni hi ħidma flimkien tar-RAI Fiction u Casanova Multimedia u ser tkun immexxija minn Luca Barbareschi. Cristiana Capotondi, attriċi Taljan stabbilita ser tagħmel il-parti ta’ Chiara u fil-kast hemm ukoll Sofia Panizzi u Valentina Ghelfi. Ix-shooting tal-film ser jibda fi Trento fil-ġranet li ġejjien u ser jibda b’dik l-ewwel istorja li Chiara stess kienet tirrakkonta dwar meta “l-gwerra kienet fl-aqwa tagħha”  u “kollox kien qed jiġġarraf”, u baqa’ biss Alla.

Fil-press release dwar il-film wieħed isib miktub: “Il-qawwa f’figura bħalma hi dik ta’ Chiara illum twassalna biex inħarsu lejn l-ieħor/l-oħra bħala opportunità, bħala rigal, bħala xi ħadd li jġorr fih żerriegħa tal-verità, li rridu nagħtuh valur u nħobbuh. Biex il-bnedmin jgħixu bħal aħwa hemm bżonn tad-djalogu u tal-paċi. Il-messaġġ ta’ Chiara mhuwiex biss għad-dinja Kattolika. Hi tat sehemha biex ikun magħruf il-valur u r-rwol tal-mara u dan mhux biss fl-istituzzjonijiet tal-Knisja, imma fuq kollox ‘l barra minnhom”.

Cristiana Capotondi, attriċi Taljana, ser tagħmel il-parti ta’ Chiara Lubich.

Dan il-film ser jirrakkonta l-istorja tas-snin tal-bidu, tas-snin ta’ fondazzjoni meta Chiara għarfet li Alla kien qed juriha t-triq li kellha timxi fiha u hi wieġbet. In–numru ta’ nies li  mxew warajha beda dejjem  jiżdied u mill-Italja wasal sad-dinja kollha. Dan il-film ser ikun ukoll vjaġġ ta’ ċirkustanzi storiċi, soċjali u ekkleżjali li Chiara għexet matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fl-ewwel snin ta’ wara l-gwerra u fis-snin ta’ qabel il-Konċilju.

Id-direttur u l-producers tal-film jixtiequ li toħroġ ukoll l-istorja “tat-tfajla revoluzzjonarja li kienet taqsam dak li kellha ma’ min hu fil-bżonn”. Hekk intqal fl-aħbarijiei ANSA tas-27 ta’ Lulju, li komplew jgħidu li “hi kienet taqra l-Vanġelu mingħajr il-preżenza ta’ saċerdot, li kienet meqjusa perikoluża għas-soċjetà ta’ żmienna tant li l-ħidma tagħha kellha tkun eżaminata mis-Sant Uffizzju. L-akbar prova ta’ ħajjitha kienet meta ġiet mitluba tabbanduna t-tmexxija tal-Moviment tal-Fokolari. Imma l-ġebla li tefgħet fl-għadira ħadd ma seta’ jwaqqafha u kompliet toħloq ċrieki dejjem aktar wesgħin. Tant hu hekk li snin wara, meta l-Papa Pawlu VI ġie biex jirregolarizza l-Moviment tal-Fokolari, dan kien ġa nxtered mad-dinja kollha”

Stefania Tanesini

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Aħbarijiet Tags:Chiara Lubich

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2020
Next Post: Like Claire of Assisi

More Related Articles

Fabio Ciardi: "L-isbaħ ritratt ta’ Chiara" Spiritwalita'
Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49" Aħbarijiet
7 December 1943: the beginning of a divine adventure Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Beatification ceremony – Fr Silvano Cola

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO