Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu

Posted on July 31, 2020August 31, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu

“Min se jifridna mill-imħabba ta’ Kristu?” (Rm 8, 35).

L-ittra li l-appostlu kiteb lill-insara ta’ Ruma fiha ħafna x’tomgħod. F’din l-ittra hu juri l-qawwa tal-Vanġelu fil-ħajja ta’ dawk kollha li jilqgħuh, il-bidla sħiħa li fiha din l-aħbar, jiġifieri l-imħabba t’Alla teħlisna! San Pawl stess ġarrab dan il-ħelsien f’ħajtu u hu jrid jagħti xhieda, bil-kliem u bl-eżempju. Din il-fedeltà tiegħu għas-sejħa t’Alla wasslitu eżattament Ruma, fejn hemm ħalla ħajtu għall-Mulej.

“Min se jifridna mill-imħabba ta’ Kristu?”

Ftit tal-ħin qabel, Pawlu stqarr dan: “Alla hu magħna”![1]. Hu jqis l-imħabba t’Alla għalina bħal dik l-imħabba ta’ Għarus fidil, li qatt m’hu se jabbanduna ’l-maħbuba tiegħu, li magħha ngħaqad b’rabta li ma tinħallx, akkost li jħalli ħajtu għaliha.

Għalhekk Alla mhuwiex imħallef, anzi hu dak li jidħol għalina. Mela, bil-laqgħa tagħna ma’ Ġesù, li hu Ibnu l-għażiż, m’hemm xejn li jista’ jifridna minnu.

L-ebda diffikultà, kbira jew żgħira li jista’ jkollna, ma tista’ tifridna mill-imħabba t’Alla. Anzi, Pawlu jgħid li propju f’dawn is-sitwazzjonijiet, min jafda f’Alla u jintelaq għalkollox f’idejH, żgur li joħroġ “rebbieħ”![2]

F’dawn iż-żminijiet li nisimgħu b’supermen u super-eroj oħrajn li jippretendu li jistgħu jirbħu bl-arroganza u l-poter, il-proposta tal-Vanġelu hi dik il-ħlewwa li tagħraf tibni u tilqa’ lill-oħrajn.

“Min se jifridna mill-imħabba ta’ Kristu?”

Chiara Lubich tista’ tgħinna nifhmu u ngħixu aħjar din il-Kelma. Hi tgħid hekk: “Żgur li aħna nemmnu, jew għallinqas ngħidu li rridu nemmnu fl-imħabba t’Alla. Iżda ħafna drabi […] fil-mumenti ta’ prova, bħal fil-mard u t-tentazzjonijiet, […] il-fidi tagħna ma tkunx daqshekk b’saħħitha u faċli nibdew niddubitaw. “Imma tgħid veru li Alla jħobbni?”. Le: m’għandniex niddubitaw. Irridu nintelqu għal kollox fl-imħabba tal-Missier. Irridu negħlbu d-dlam u l-vojt li nistgħu nħossu aħna u ngħannqu s-salib magħna. Imbagħad nintefgħu nħobbu ’l Alla billi nagħmlu r-rieda tiegħu u nħobbu ’l-proxxmu tagħna. Jekk nagħmlu hekk, inħossu l-qawwa u l-ferħ tal-qawmien mill-mewt flimkien ma’ Ġesù. Inħossu b’idejna kemm hu veru li, għal dawk li jemmnu u jintelqu f’imħabbtu, kollox jinbidel: in-negattiv isir pożittiv; il-mewt issir għajn ta’ ħajja u mid-dlam għad naraw jixref dawl mill-isbaħ”[3].

“Min se jifridna mill-imħabba ta’ Kristu?”

Anki fit-traġedja mill-iktar kerha tal-gwerer, min jibqa’ jemmen fl-imħabba t’Alla jkun qed jiftaħ mogħdija ta’ ħniena: “Hawn fil-Balkani pajjiżna jinsab għaddej minn gwerra bla sens. Fejn qegħdin aħna kien ikollna suldati ġejjin minn fuq il-front, iġorru fihom ħafna traġedji li għexu għax raw qraba u ħbieb imutu quddiemhom. Ma stajtx nagħmel ħaġ’oħra ħlief li nħobbhom kemm stajt. Fil-ftit mumenti ta’ waqfien mill-ġlied, kont infittex li nitkellem magħhom fuq ħafna affarijiet li wieħed iġorr fih f’ċirkustanzi bħal dawn. Imma konna nitkellmu wkoll fuq Alla, għax ħafna minnhom ma kinux jemmnu.

Darba jiena u nismagħhom, issuġġerejtilhom li nsejħu qassis biex jiġi jiċċelebra l-Quddiesa. Kollha kemm huma aċċettaw u wħud minnhom marru jqerru wara għoxrin sena bla qrar. Nista’ ngħid li Alla kien qiegħed hemm magħna”.

Letizia Magri

(1) Rm. 8:31
(2) cf. Rm. 8:37
(3) C.Lubich, Word of Life Aug. 1987

Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: [:mt]Insalvaw id-dinja bl-imħabba[:en]Help save the world with love[:]
Next Post: [:mt]L-ewwel film dwar Chiara Lubich[:en]The first TV film about Chiara Lubich[:]

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta' Marzu 2026 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Awwissu 2023 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Awwissu 2024 Aħbarijiet
Kelma tal-Ħajja ta' Jannar 2023 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2018 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Marzu 2022 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026
  • Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu

    Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu

    August 10, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme