Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

l-unika ħaġa li tagħti tifsira vera lil ħajjitna

Posted on March 28, 2020September 24, 2026 By Website Editor No Comments on l-unika ħaġa li tagħti tifsira vera lil ħajjitna

F’kumment tagħha dwar il-kliem ta’ Ġesù: “Jien hu l-qawmien u l-ħajja”, Chiara Lubich qalet:

“(…) Għaliex Ġesù seta’ jgħid: “Jien hu … l-ħajja”?   Għax Hu mhux bħalna. Aħna nirċievu l-ħajja minn oħrajn,  imma Ġesù għandu l-ħajja fih innifsu. Hu Alla, hu minn dejjem fil-Missier u l-Missier fiH. U l-ħajja tiegħu mhix bħal tagħna, ħajja bijoloġika li tixjieħ u tintemm, il-ħajja tiegħu ma nħakmitx mid-destin tal-mewt li ma taħfirha lil ħadd.  Hi dejjem ħajja, hi ħajja eterna.

U għax Ġesù għandu l-ħajja, għax hu ħajja, Hu jista’ jagħtiha lilna wkoll, jista’ jaqsam magħna dik l-istess ħajja li ma tispiċċa qatt, anki meta l-ġisem tagħna jmut.

Il-bniedem, li min-natura tiegħu stess jixtieq xi ħaġa li hi aqwa minnu – għax hu maħluq xbieha t’Alla u għalhekk imsejjaħ biex ikun f’rabta miegħu – isib il-milja tiegħu f’din il-ħajja li jagħtih Ġesù; iħoss il-ferħ sħiħ u jagħraf għalfejn ġie maħluq.

Il-ħajja li Ġesù jagħti lin-Nisrani mhijiex biss rigal għall-ġejjieni, għad-dinja l-oħra, imma hi rigal ukoll għall-preżent. Minn issa stess, permezz tagħha, fin-Nisrani hemm xi ħaġa li ma tmutx.

In-Nisrani jista’ jaċċetta din il-ħajja permezz tal-fidi, li tfisser ir-rabta sħiħa tiegħu nnifsu ma’ Kristu. Ġesù qal: “Min jemmen fl-Iben għandu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3,36).

Illum, il-bniedem donnu jixtieq jemmen li l-ġid materjali, il-konsumiżmu, il-materjaliżmu bla Alla, il-kultura u x-xjenza huma biżżejjed biex jissodisfaw il-bżonnijiet tiegħu. Iżda mhux hekk, u dan narawh u nġarrbuh kuljum. Għalhekk  jeħtieġ li qabel xejn inkunu sinċieri magħna nfusna u mal-oħrajn u nagħrfu li jeħtieġ xi ħaġa aqwa biex timla lil qlubna.

Jeħtieġ li nkabbru fina din il-ħajja  billi nemmnu fi Kristu b’qalbna kollha u nagħżluH bħala l-ideal u l-mexxej fil-mixja tagħna fid-dinja. Din il-ħajja tikber fina wkoll billi ngħixu b’imħabba kbira l-kliem tiegħu; noħduhom waħda waħda, biex dan il-kliem jurina  dak li għandna nagħmlu fil-ħajja tagħna. U mbagħad hemm bżonn li nsaħħu din il-ħajja li Ġesù  qed joffrilna permezz tal-Ewkaristija.

Hekk aħna stess nindunaw li l-ħajja li jagħtina Ġesù hi l-unika ħaġa li tagħti tifsira vera lil ħajjitna u twieġeb kull darba li aħna nistaqsu “għaliex” fil-ħajja tagħna.

Chiara Lubich

( Traduzzjoni – silta mill-Kelma tal-Ħajja Jannar 1983 – Parola di Vita P. 253- 255)

Spiritwalita' Tags:Rxoxt

Post navigation

Previous Post: [:mt]Il-Wirt: “Kunu Familja”[:en]Chiara’s legacy: “Be a Family”[:]
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta' April 2020

More Related Articles

[:mt]11 ta’ Awwissu: tifkira ta’ Santa Chiara ta’ Assisi[:en]11th August: Feast of St Claire of Assisi[:] Spiritwalita'
Covid-19: "Ma nħallux il-biża’ jwaqqafna" Aħbarijiet
[:mt]“Inniżlu għeruqna fil-preżent” –  Maria Voce[:en]Let’s live fully in the present moment[:] Spiritwalita'

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Worldwide linkup

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Laqgħa tal-Komunità

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)