Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

“Inġeddu d-dinja”

Posted on January 27, 2019August 13, 2026 By Website Editor No Comments on “Inġeddu d-dinja”

Chiara Lubich:  (…)L-Ispirtu s-Santu jinsab fejn hemm l-imħabba. Huwa Hu li jpoġġi l-imħabba fi qlubna. Huwa Hu li jagħtina l-imħabba. Jekk aħna nħaddmu l-imħabba li jpoġġi fina, Hu jkun dejjem preżenti. Jekk niefqu nħobbu, Hu jiskot, ma jitkellimx aktar.

Anzi, jista’ jiġri li tidħol fina xi ħaġa negattiva, li ma tkunx tajba, li tkun ta’ spirtu ieħor. Kif jgħid Ġesu’:  tkun  xi ħaġa ta’ din id-dinja u x-xitan jiġi  jittantak ukoll.

Iżda jekk tgħix l-imħabba tkun dejjem fid-dawl, u  l-Ispirtu s-Santu jħalli l-effett tiegħu fuqek.

Mela, biex tgħixu dejjem f’din l-atmosfera, jeħtieġ li tkunu dejjem fl-imħabba. Tgħiduli: “Imma, Chiara, dan mhux faċli”. Daż-żgur li mhux; f’kollox jeħtieġ  li nitħarrġu, irridu nidraw.  Iżda mbagħad ikun hemm grazzji speċjali,  l-Ispirtu s-Santu jqanqalna,  ikun hemm tokki divini fir-ruħ tagħna  li jwassluna  biex nibqgħu mexjin ‘l quddiem.  Dan għad tħossuh  f’ħajjitkom.

Ħobbu, ħobbu dejjem! Jekk tħobbu lil xulxin, żgur li Ġesu’ jkun f’nofskom u l-Ispirtu s-Santu jkun f’nofskom.  U intom tafuha  t-teknika tagħna biex inħobbu,  jiġifieri t-teknika tal-imħabba  nisranija;  isserraħ fuq erba’ punti. Biżżejjed punt wieħed biex nitqaddsu.

Inkunu aħna  l-ewwel li nħobu; inkunu dejjem lesti  li nħobbu, dejjem f’tensjoni biex inħobbu, mingħajr ma niefqu,  dejjem dinamiċi fl-imħabba…… ; għax it-Trinita’ Qaddisa  hi ħajja  ta’ mħabba dinamika, u  aħna rridu nfasslu ħajjitna fuq dik tat-Trinita’ b’imħabba li ma tiqafx, li hi dinamika.  Mela, irridu nkunu aħna l-ewwel  li nħobbu .

Inħobbu lil kulħadd, u hekk ikollna l-Ispirtu s-Santu. Matul il-ġurnata niltaqgħu ma’ bosta nies u jeħtieġ li nħobbuhom ilkoll, u mhux ngħid: “Din iva, u din le”. Irridu naraw lil Ġesu’ f’kull persuna u hekk kollox isir aktar sempliċi. Irridu nħobbu lill-oħrajn bħalma nħobbu lilna nfusna, daqskemm inħobbu lilna nfusna. (…)

Irridu nkunu aħna li nħobbu l-ewwel, irridu nħobbu lil kulħadd, irridu naraw lil Ġesu’ f’kull  persuna. Jekk nagħmlu dan, ikun biżżejjed biex ngħixu l-Ideal kollu kemm hu,  biex ikollna l-Ispirtu s-Santu, biex nirbħu nofs id-dinja; ikun biżżejjed.  (…)

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, dak kollu li tagħmlu, kull tbissima, kull pass, kull azzjoni  jkun frott tal-Ispirtu s-Santu li hemm fikom. Mela, kuraġġ!

Ejjew nimxu ‘l quddiem f’din it-triq u nimlew id-dinja bl-Ispirtu s-Santu li jġedded kollox  u jġedded id-dinja.


(2431M) Copyright 2018 © CSC Audiovisivi – All rights reserved

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Aħbarijiet Tags:L-Ispirtu s-Santu

Post navigation

Previous Post: Bħal-lum 99 sena ilu twieldet Chiara Lubich
Next Post: “Ara jiena fil-bieb u qiegħed inħabbat”

More Related Articles

Kull idea hi responsabbiltà Dare to Care
Il-ħidma tal-Ispirtu s-Santu Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Beatification ceremony – Fr Silvano Cola

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO