Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

“Ara jiena fil-bieb u qiegħed inħabbat”

Posted on January 31, 2019August 13, 2026 By Website Editor No Comments on “Ara jiena fil-bieb u qiegħed inħabbat”


Kien għadu kif jibda x-xahar meta s-sistema awtomatika biex niftaħ il-bieb ta’ barra ma bdietx taħdem. Għal xi ġranet, kull darba li jiġi xi ħadd iċempel il-qanpiena tal-bieb tad-dar parrokkjali, kien ikolli nqum u mmur niftaħ. Nistqarr li xi drabi l-għażż kien ikun ser jegħlibni u kien ikolli t-tentazzjoni li nagħmel ta’ bir-ruħi li ma smajt xejn. Iżda b’xorti tajba dejjem irnexxili negħleb din it-tentazzjoni, għax kont ngħid f’qalbi: “Min jaf kif Ġesù jrid jippreżenta ruħu quddiemi f’dan il-mument!”

Is-sorpriżi ma naqsux. Xi ġranet ilu ġie wieħed anzjan li matul ħajtu tant ħa ħsieb il-foqra tar-raħal tagħna; kien jagħmel parti minn grupp fil-parroċċa li jieħdu ħsieb lil dawk fil-bżonn. Għandu tnejn u disgħin sena u milwi ganċ. Ġie jfittixni biex jgħidli li minħabba saħħtu ma setax ikompli jagħti dan is-servizz, li hu dejjem wettaq b’mod impekkabbli. Qalli li kien kuntent b’xi inizjattivi li kienu twaqqfu fil-parroċċa. Kelli ħafna xogħol x’nagħmel, iżda tlabtu jidħol u joqgħod bilqiegħda.

Tkellimna dwar ħafna affarijiet….warrabt il-programm li kelli għal dik il-ġurnata u ddedikajt il-ħin li kien hemm bżonn għalih. Wara d-diskursata li għamilna flimkien telaq tant kuntent;  u jien ħassejt fil-fond ta’ ruħi rabta partikulari mal-Mulej għax f’dak il-mument kont għamilt ħilti kollha biex inħobb.

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Aħbarijiet

Post navigation

Previous Post: “Inġeddu d-dinja”
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta' Frar 2019

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Beatification ceremony – Fr Silvano Cola

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO