Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Mariapoli 2025

Posted on March 21, 2025July 20, 2026 By Website Editor No Comments on Mariapoli 2025

“Mixja flimkien…. ta’ familja, qrubija u tama”: dan kien is-suġġett għall-Mariapoli 2025, li saret fil-Qawra Palace Resort & Spa, fl-ewwel weekend ta’ Marzu, fis-sena meta l-Knisja universali qed tiċċelebra l-Ġublew tat-tama, u meta l-Moviment tal-Fokolari qed jidħol aktar fil-fond dwar il-qrubija ma’ Alla u mal-proxxmu.

Għal ħafna, il-Mariapoli hi appuntament ta’ kull sena, iżda anki din id-darba kien hemm min ħa sehem għall-ewwel darba; fost dawn familja miċ-Ċina u xi familji mill-Pakistan li jgħixu hawn Malta. Sa mill-bidunett tal-Mariapoli, wieħed seta’ jħoss arja ta’ familja, fejn nies ta’ kull età u minn kull qasam tal-ħajja sabu ruħhom flimkien f’ambjent fejn tħossok ‘l bogħod mill-ħajja tas-soltu u aktar qrib lejn dak li l-qalb tixxennaq għalih.

Anki n-numru sabiħ ta’ tfal u teenagers li ħadu sehem fil-programm imħejji apposta għalihom, taw is-sehem prezzjuż tagħhom biex tinbena l-esperjenza sħiħa tal-Mariapoli. Din l-esperjenza sempliċi u fl-istess ħin profonda kienet waħda li saħħet is-sens ta’ familja fejn wieħed seta’ jkompli jiskopri l-ġmiel tal-arti tal-imħabba u jikseb qawwa ġdida biex iħares ‘l quddiem b’tama.

Il-kant tassew sabiħ, il-mużika, l-uċuħ tan-nies, l-ambjent akkoljenti….. dan kollu għen biex is-sala tal-Mariapoli tinbidel f’oasi ta’ serenità fejn wieħed seta’ jilmaħ ukoll dak is-sens ta’ stennija li kull Mariapoli ġġib magħha.

Il-higħlights fil-programm tal-Mariapoli

L-introduzzjoni qasira fl-ewwel jum kienet bħal ħolqa f’katina li għaqqdet xi ftit mill-istorja tal-bidu tal-Moviment tal-Fokolari mar-realtà tad-dinja li qed ngħixu fiha llum, fil-waqt li qanqlet lil dawk preżenti biex ma jibżgħux jibqgħu joħolmu fl-ideal ta’ dinja magħquda fejn ilkoll nistgħu ngħixu tassew bħal aħwa, bħala familja waħda. Il-Mariapoliti kienu mistiedna jieħdu sehem fi “Human Library” fejn kellhom l-opportunità li jingħaqdu ma’ xi wieħed mit-tmien gruppi fejn sar sharing dwar diversi aspetti tal-ħajja. Tista’ tgħid li dan kien l-ewwel pass fil-mixja ta’ dawn il-ġranet li saħħaħ il-qrubija u kattar it-tama; kien pass li wassalna biex inkomplu niskopru dejjem aktar li matul ħajjitna aħna nistgħu ninsġu storja li hi umana u divina fl-istess ħin.

Is-Sibt filgħodu kien kollu ddedikat għall-qrubija ma’ Alla u mal-proxxmu. L-għodwa bdiet b’mument qawwi ta’ riflessjoni mħawwar bi ħsibijiet, ħin ta’ skiet, esperjenza u mużika, li fakkruna f’diversi modi li permezz tagħhom Alla jqarribna lejh u lejn xulxin. Kien apprezzat immens is-sehem ta’ David Hickey, fokolarin mill-Irlanda li għex il-Mariapoli magħna. Hu mexxa t-tieni parti ta’ din l-għodwa billi qasam l-esperjenza tiegħu fid-dawl ta’ dan is-suġġett.

Il-programm tas-Sibt wara nofsinhar kien kollu ffukat fuq iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ġublew tat-Tama. Wara spjegazzjoni bi tħejjija għal din iċ-ċelebrazzjoni, il-Mariapoliti bdew il-pellegrinaġġ mill-Qawra sal-Knisja ta’ Sant’Agata, ir-Rabat, fejn anki ħadu sehem fil-Quddiesa li kienet iċċelebrata min-Nunzio Appostoliku, il Mons. Savio Hon Tai-Fai SDB. Kien mument solenni li fih inħasset ir-realtà ta’ Knisja fil-mixja tagħha lejn l’Ut Omnes … li jkunu lkoll ħaġa waħda.

Wara l-konċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Ħadd li tmexxiet mill-Isqof J. Galea Curmi, panel magħmul minn żgħażagħ u adulti qasmu diversi ideat u esperjenzi li wrew kif l-impenn ta’ qrubija jista’ jkun rimedju għal dinja mifnija bil-ġrieħi tas-solitudni, tal-indifferenza, tal-individwaliżmu….

“L-għeluq tal-għajnejn quddiem il-proxxmu, jagħmilna għomja anki quddiem Alla……L-imħabba hi d-dawl waħdieni li jdawwal mill-ġdid dinja mudlama u jagħti kuraġġ….” Dan il-kliem ta’ Papa Franġisku li kien ikkwotat minn Margaret Karram, il-President tal-Moviment tal-Fokolari fit-tema li kitbet dwar il-Qrubija, kien ikkwotat ukoll fil-konklużjoni tal-Mariapoli flimkien ma’ xi punti oħra minn din it-tema.

Meta tkun għext esperjenza daqshekk sabiħa u l-Mariapoli tasal fi tmiemha, kważi b’mod spontanju jiġik li tistaqsi: u issa la noħorġu minn hawn, x’ser jiġri? Kien biżżejjed ftit ħin ta’ riflessjoni, biex wasalt għat-tweġiba li sibtha f’dak li għexna matul dan il-weekend stess. Ħassejt vuċi fija tqanqalni biex nibqa’ miexja qrib tal-oħrajn u flimkien magħhom: “Ibqgħu mexjin, jiena magħkom!”. U ftakart li aħna ġejna maħluqa biex inkunu ta’ don għal xulxin, imsejħa biex inkunu bnedmin ta’ tama, u fuq kollox li għandna ċ-ċans tad-deheb li nħobbu ‘l Ġesù f’dawk kollha li b’xi mod insibu ruħna qrib tagħhom!

Vivienne Attard

Servizz fotografiku: Anthony Dimech


Aħbarijiet Tags:Mariapoli

Post navigation

Previous Post: Traduzzjoni pendenti
Next Post: Traduzzjoni pendenti

More Related Articles

Ġurnata Dinjija taż-Żgħażagħ 2023 / 3 Aħbarijiet
Chiara Lubich: Inħarsu d-dar komuni tagħna Aħbarijiet
Djalogu jew djalogi? Stil ta’ Ħajja Aħbarijiet
United World Week 2022 Aħbarijiet
Anthony Patrick Vella: Art as a Collective Expression Aħbarijiet
[:mt]Maria Voce: “Xejn ma jista’ jwaqqafna milli nħobbu”[:en]Maria Voce: “Nothing can stop us from loving”[:] Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme