Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

"M’hemmx xewka bla warda"

Posted on June 22, 2022August 18, 2026 By Website Editor No Comments on "M’hemmx xewka bla warda"

Tħoss diqa meta tara li ħafna ma jgħixux sew għax ma jarawx. U ma jarawx għax iħarsu lejn id-dinja, lejn il-bnedmin b’għajnejhom stess. Filwaqt li biex tara, biżżejjed tħares lejn kull ġrajja, lejn kull ħaġa, lejn kull bniedem bl-għajnejn t’Alla.

Jara sew min ipoġġi lilu nnifsu f’Alla, min jagħraf li Alla hu “Mħabba” u jemmen f’Imħabbtu (…).
U hekk, ferħ u niket, twelid u mewt, qtigħ il-qalb u ferħ, fallimenti u suċċessi, xogħol, mard, qagħad, gwerer u flaġelli, tbissima ta’ tarbija u mħabba ta’ omm, kollox, kollox iservi biex nitqaddsu.
Ngħixu f’dinja b’kull xorta ta’ valuri: dinja divina, qaddisa, fraterna, dinja ta’ min iħobbha, iżda anki dinja li toħodha kontrina; imma kollox hu mhejji għalina minn Alla biex nitqaddsu, għax dan hu l-veru skop ta’ ħajjitna. U f’din id-dinja kulħadd hu importanti għax il-liġi ta’ kollox hi l-imħabba.

(…) Kollox iservi ta’ ġid għal min iħobb. B’għajnejn imċajpra u nieqsa mill-fidi, spiss ma narawx li kulħadd ġie maħluq biex ikun ta’ don għalina u li aħna ġejna maħluqa biex inkunu ta’ don għall-oħrajn. Iżda hekk hu!

Hemm rabta misterjuża ta’ mħabba li tgħaqqad il-bnedmin u l-affarijiet, li tmexxi l-istorja u d-destin ta’ popli sħaħ u tal-individwi, fil-waqt li tirrispetta għal kollox il-liberta’.

(…) Meta r-ruħ tintelaq f’idejn Alla għax temmen u tħaddan il-liġi tal-imħabba, Hu juri lilu nnifsu lilha u hi tiftaħ għajnejha u tara li kull prova tagħti frott ġdid, kull taqbida tintemm f’rebħa, li minn kull demgħa twarrad tbissima ġdida, għax Alla hu l-Ħajja.

Ir-ruħ tifhem li t-triq ta’ Ġesu’ ma tintemmx fit-triq tas-salib u tal-mewt, imma fil-Qawmien u t-tlugħ fis-sema. U l-mod uman ta’ kif inħarsu lejn l-affarijiet jgħib u jitlef is-sens tiegħu u l-qrusa tal-ħajja ma ttappanx il-mumenti qosra ta’ ferħ tal-ħajja fuq din l-art. Ma jibqax aktar jagħmel sens li ngħidu:

“M’hemmx warda bla xewka”, għax bir-rivoluzzjoni ta’ mħabba li Alla jsejħilna biex ngħixu, jiswa aktar li ngħidu bil-maqlub: “M’hemmx xewka bla warda”.

Chiara Lubich
(Meditazzjonijiet p 77- 80)

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Spiritwalita'

Post navigation

Previous Post: Global Meeting for Kids : “We want to live for peace”
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju 2022

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO