Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Professur Uppadhyaya: bniedem ta' djalogu

Posted on August 19, 2021July 7, 2026 By Website Editor 1 Comment on Professur Uppadhyaya: bniedem ta' djalogu

“Tagħraf dak li hemm f’qalbi, qabel ma jien stess inkun nista’ nifhmu”. Dan hu kliem li Professur Uppadhyaya qal lil Chiara Lubich, il-fundatriċi tal-Moviment tal-Fokolari. Min kien dan il-professur? Kien akkademiku Indjan magħruf sew; jgħallem il-hindu fl-istitut magħruf ta’ Bharatya Vidya Bhavan f’Mumbai.

Roberto Catalano, membru tal-Moviment tal-Fokolari, li għamel żmien jgħix fl-Indja, jirrakkonta li ltaqa’ ma’ dan il-professur meta beda jaħdem fil-Konsulat tal-Italja f’Mumbai. Jgħid li mill-ewwel ħassu milqut minn dan ir-raġel: mill-imġiba tiegħu, minn ħarstu, mis-serenità kbira li kellu fuq wiċċu, mill-mod kif jisma’ (…). Sar jafu aktar mill-qrib meta beda kors tal-lingwa hindi għax inzerta li kien l-għalliem tiegħu. Jirrakkonta li ma kienx biss professur li mingħandu titgħallem il-lingwa, iżda kien wieħed li jittrażmetti lezzjonijiet ta’ kultura u ħajja.

Għadda ħajtu jifforma l-persuni fil-kultura hindu, u kien magħruf bħala “guru” mhux biss għall-għerf tiegħu u għall-mod affaxxinanti li bih kien jgħallem, iżda fuq kollox minħabba li ħajtu kienet dawl fit-triq ta’ ħafna.

Dan ir-raġel ta’ għerf kbir u qalb kbira kien jgħix ħajja mill-aktar sempliċi f’appartament ċkejken fil-qalba ta’ Mumbai. F’dan l-appartament kienu jispikkaw l-ammont kbir ta’ kotba li kellu. Mhux l-ewwel darba li kien jistieden lil xi fokolarini biex imorru għandu għal xi kikkra te flimkien. Fokolarina qalet: “Meta kien jistedinna għandu, dejjem kien ikun irid jaf aktar dwar Chiara Lubich, dwar dak li qed nagħmlu u kont tara x’viżjoni wiesa’ kellu tad-dinja. Kien ħassieb profond, dejjem ifittex (…). L-umiltà intellettwali li kellu wasslitu biex jara dawl fil-ħsieb u l-ħajja ta’ Chiara. U xtaq ikun jaf aktar biex ikompli jgħaqqad l-istampa sħiħa tar-realtà dwar dak l-Assolut, li bħala Hindu hu kien jemmen fih”.

Dan il-professur iltaqa’ ma’ Chiara Lubich fl-2001 meta hi marret iżżur l-Indja għall-ewwel darba. Min kien preżenti, jiddeskrivi din il-laqgħa bħala waħda straordinarja, fejn qalb iltaqgħet ma’ oħra, u ħsieb iltaqa’ ma’ ieħor. Tnejn min-nies, daqshekk differenti minn xulxin, b’kultura u reliġjon daqshekk diversi, fehmu lil xulxin b’mod perfett. Dak li seħħ matul din iż-żjara fetaħ il-bieb għal djalogu aktar profond mal-Hindu.

Fil-fatt din ma kenitx l-unika laqgħa bejn il-Professur Uppadhyaya u Chiara Lubich, għax aktar ‘l quddiem kellhom l-opportunità jiltaqgħu diversi drabi, u ddjalogaw kemm fil-privat kif ukoll waqt konferenzi publiċi. F’waħda minn dawn il-konferenzi, il-professur kien sama’ lil Chiara titkellem fuq Ġesù Abbandunat. Meta spiċċat id-diskors tagħha, b’umiltà kbira, talab li jagħmel l-intervent tiegħu fejn stqarr li ma kellux ħila jifhem kif Alla jista’ jħossu abbandunat. Chiara ħasset li għandha twieġeb għal dak li qal u offriet tweġiba mill-isbaħ: tat it-tifsira fuq Ġesù msallab u abbandunat skont it-tagħlim kattoliku b’dik id-delikatezza kbira li jitlob id-djalogu. Meta spiċċat, il-professur qalilha: “Chiara, int tagħraf dak li hemm f’qalbi, qabel ma jien stess inkun nista’ nifhmu”.

Professur Uppadhyaya, li kien qrib ħafna tal-Moviment tal-Fokolari, temm il-vjaġġ tiegħu fuq din l-art ftit ġranet ilu. Hu emmen fid-djalogu, għex id-djalogu u l-esperjenza tiegħu hi xhieda li d-diversità fil-fidi m’għandhiex tkun xkiel biex jinbnew ir-rabtiet bejn il-bnedmin, anzi din tista’ tkun inċentiv biex dawn ir-rabtiet jikbru u jissaħħu.

Traduzzjoni ta’ Vivienne Attard

Source article: Why don’t we dialogue blogpost


Aħbarijiet, Spiritwalita' Tags:djalogu interreliġjuż

Post navigation

Previous Post: [:mt]Kemm hi sabiħa Ommna Marija[:en]How beautiful the Mother[:]
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2021

More Related Articles

A message from Eco Foco for Lent Spiritwalita'
Komunjoni u Missjoni Aħbarijiet
Ġurnata Dinjija taż-Żgħażagħ 2023 / 4 Aħbarijiet
[:mt]Il-ħidma tal-Ispirtu s-Santu[:en]The Holy Spirit in Action[:] Aħbarijiet
[:mt]Inġeddu l-patt ta’ l-imħabba reċiproka[:en]Renewing the pact of mutual love[:] Spiritwalita'
Pope Francis to the Focolare: “May Christ always enlighten your steps.” Aħbarijiet

Comment (1) on “Professur Uppadhyaya: bniedem ta' djalogu”

  1. Anna Maria Caruana Colombo says:
    August 22, 2021 at 10:07 am

    Tassew sabiha u profonda. Grazzi.

    Reply

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme