News

[:mt]”Aktar ma nħobbu lil ħuna, aktar tonqos it-tbatija”[:en]World day of prayer for humanity[:]

Photo: George Martell - The Pilot Media Group

[:mt]L-14 ta’ Mejju ġie ddedikat bħala jum ta’ talb u sawm biex fih nies ta’ kull reliġjon jingħaqdu u jitolbu għall-bżonnijiet tal-umanita’. Għal din l-okkażjoni Maria Voce, President tal-Moviment tal-Fokolari għamlet din it-talba.

“F’dan iż-żmien ta’ prova, solitudni, qtigħ il-qalb u biża’, inħossu l-bżonn li mill-ġdid niskopru t-tifsira tal-ħajja u tal-mewt, ta’dak li ma jispiċċax u jibqa’ għal dejjem. Qlubna msoffija mit-tbatija u bla armi, jingħaqdu biex jitolbu Lilek, Int li tista’ kollox, kollok tjieba u ħniena, Missier tagħna lkoll.

Saħħaħ fina l-fidi biex nemmnu li dak li inti tippermetti hu għal ġid akbar u li f’dak kollu li jiġri qatt ma titħalla barra l-imħabba tiegħek bla tarf.

Għinna nkomplu l-vjaġġ tal-ħajja b’fiduċja u tama mġedda, li għandhom għeruqhom imħawla fir-rieda divina tiegħek ta’ kull mument.

Farraġ lil dawk li qed ibatu għax tilfu lil xi ħadd mill-familja jew mill-ħbieb; agħtihom il-qawwa biex ikunu jistgħu  jibqgħu mexjin ‘l quddiem, u agħtihom is-sabar biex jgħixu dan iż-żmien iebes.

Quddiem il-qtigħ il-qalb dwar il-ġejjieni, in-nuqqas ta’ xogħol, il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali li l-pandemija qed iġġib magħha, agħmel li jkollna l-ħila naraw f’dan kollu okkażjonijiet biex ngħixu s-solidarjeta’ u nsaħħu l-ġustizzja.

Naqqax fina dejjem aktar il-marka tal-imħabba konkreta sabiex nibku ma’ min qed jibki u naqsmu l-ferħ ma’ min jifraħ. Agħmel li nikkunsidraw lill-oħrajn bħalma nikkunsidraw lilna nfusna u li nixtiequ għalihom dak li nixtiequ għalina stess.

Kbir Alla li tista’ kollox, urina li aktar ma nħobbu lil ħuna u ninsew lilna nfusna, aktar tonqos it-tbatija u jibqa’ f’qalbna l-ħlewwa ineffabbli u tanġibbli tal-preżenza tiegħek.

Agħti l-qawwa, is-saħħa, il-protezzjoni u l-għerf  lit-tobba, lill-infermiera, lil dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u lil dawk li qed jieħdu ħsieb ħutna morda u fil-bżonn, sabiex huma jkunu strumenti Tiegħek waqt li qed jieħdu ħsieb dawk fdati f’idejhom.

O Alla, Dawl tad-dinja, dawwal lix-xjenzati bl-Għerf tiegħek u agħmel li jużaw id-dehen tagħhom għall-ġid tal-bnedmin kollha.

Agħti l-għajnuna meħtieġa lill-mexxejja tan-nazzjonijiet u lil dawk li għandhom f’idejhom id-deċiżjonijiet dwar il-ħajja tal-ġnus sabiex huma jagħrfu jagħmlu deċiżjonijiet siewja għall-quddiem u jsibu soluzzjonijiet soċjali u ekonomiċi għal dawk l-aktar dgħajfin. Miss il-kuxjenza tagħhom ħalli jsibu l-mezzi kollha meħtieġa biex jevitaw il-kunflitti u jippromwovu l-paċi. Agħmel li kull wieħed iħossu responsabbli mhux biss tan-nies ta’ pajjiżu imma tal-bnedmin kollha.

Jalla Marija, maħbuba u meqjuma minn ħafna, tgħinna nibqgħu sħaħ fil-fidi  u nwasslu l-faraġ u t-tama lil kulħadd. Ammen.”

Maria Voce

Photo credit: George Martell/The Pilot Media Group (https://www.flickr.com/photos/bostoncatholic/12138496174)

 [:en]

With the day of interreligious prayer on May 14th, the Higher Committee for Human Fraternity reminds us that the current pandemic has marked a point of no return: our future will be secure only by looking to the common good, not to the good of one group or another, not to the interests of one side or another but to the good of all.” 

Thus, Maria Voce, president of the Focolare Movement, affirmed the Movement’s full participation in the day of prayer for humanity, which was proclaimed also by Pope Francis on Sunday, May 3rd, asking that: “On this coming 14th May, believers of all religions should unite spiritually for a day of prayer, fasting, and works of charity, to implore God to help humanity overcome the coronavirus pandemic.”

“We are one big family,”Maria Voce added, “formed by Christians, by believers of various religious traditions, together with people without specifically religious beliefs. I encourage everyone to live Thursday, May 14th, in a spirit of prayer – according to their respective faiths and traditions – of fasting and concrete commitment to help those close to us, especially the weakest and marginalized. We will do this at the local level, as every community deems best, always abiding by the directives in force, and in a spirit of true and effective fraternity.”

“We are certain that the prayers lifted up to God by his sons and daughters will be heard, for the good of the great family of humankind; and that the trial we are all experiencing will truly make us stronger in the shared pilgrimage of life.”

Stefania Tanesini

Source: www.focolare.org

Photo credit: George Martell/The Pilot Media Group (https://www.flickr.com/photos/bostoncatholic/12138496174)[:]

Add Comment

Click here to post a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.