Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • About us
  • Chiara Lubich
  • The Word of Life
  • Dialogues
  • Media
  • Contact us
  • English English
    • Malti Malti
  • Toggle search form

[:mt]Assemblea Ġenerali – Djarju 7 – 30 ta’ Jannar, 2021[:]

Posted on January 30, 2021February 18, 2021 By Website Editor No Comments on [:mt]Assemblea Ġenerali – Djarju 7 – 30 ta’ Jannar, 2021[:]

[:mt][:mt][:mt]

Ħarsa wara l-kwinti

Waqt li llum l-Assemblea kompliet taħdem fuq il-prijoritajiet u l-linji li trid timxi fuqhom fis-sitt snin li ġejjien, xtaqna nagħtu ħarsa lejn dak li qed isir wara l-kwinti biex insiru nafu lil dawk li qed iħaddmu dik “il-magna” li qed tagħmel din il-ġrajja possibbli. Minħabba li qed issir b’mod telematiku hemm bżonn network ta’ kollaboraturi u tekniċi speċjalizzati f’diversi oqsma, li wieħed ma jistax jaħdem mingħajrhom, mhux biss għax kollox qed isir fuq pjattaforma diġitali, imma wkoll biex tkun garantita l-validità ġuridika ta’ din l-Assemblea.

Fit-team tekniku tal-Assemblea tal-Moviment tal-Fokolari hemm 73 persuna. Ħafna jinsabu fiżikament fis-sede internazzjonali tal-Moviment f’Rocca di Papa, l-Italja, fil-waqt li oħrajn qed jagħtu l-ħidma tagħhom minn diversi pajjiżi tad-dinja: il-Brażil, il-Filippini, Franza, Guatemala, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, Spanja, it-Tajlandja u l-Istati Uniti.

20 persuna qed jaħdmu fil-qasam tal-informatika; dawnqed jieħdu ħsieb il-paġni tal-internet u diversi applikazzjonijiet oħra. 14 operators, li huma maqsuma f’żewġ gruppi qed jieħdu ħsieb id-diversi video-conferences. Hemm 34 oħra li qed jagħmlu t-traduzzjonijiet: ħidma ta’ kollaborazzjoni li qed issir minn 7 pajjiżi biex il-parteċipanti jkollhom it-traduzzjoni b’5 lingwi: Franċiż. Ingliż, Taljan, Portugiż u Spanjol. Imbagħad hemm team ta’ 5 persuni li qed jieħu ħsieb il-kordinament ġenerali tat-teams tekniċi kollha.

Iżda kif qalilna Francesco Mazzarella, li qed jaħdem minn Sqallija f’wieħed mit-teams tal-video-conferencing, din hi aktar minn network ta’ kollaboraturi jew tekniċi speċjalizzati. Kitbilna hekk:

Wara l-assemblea li qed issir online hemm grupp ta’ nies li jinsabu mifruxa mad-dinja kollha, il-“famużi” tekniċi, li saru jafu lil xulxin u nħolqot bejniethom rabta li tmur ‘l hemm mill-aspett tekniku.Bejnietna twieldet relazzjoni spiritwali, li kibret bil-mod il-mod, permezz ta’ mixja li nistgħu nsejħulha tekno-relazzjoni.

Xi drabi wieħed ma jaħsibx dwar dak kollu li jkun qed jiġrisabiex ġrajja tkun tista’ sseħħ. Illum għandna l-isfida tal-Web, bl-inċertezzi u l-isfidi li ġġib magħha, u anki l-possibbiltajiet li hemm marbuta magħha.    

L-isfida ta’ din l-Assemblea hi li jirnexxilna nimmaniġġaw  mingħajr ma naraw lil xulxin, mingħajr ma nistgħu fiżikament inkunu flimkien.

L-akbar sfida għat-tekniku hi li jaqsam ma’ oħrajn l-kompetenzi li jkun kiseb bl-għaraq ta’ xbinu u bl-istudju, li jkun hemm xi xorta ta’ qsim b’fiduċja. Ħa nispjega: għalkemm tekniku jkun għażel li jaħdem billi jsegwi l-prinċipji tal-ispiritwalità tal-unità, dejjem jibqa’ professjonista, għajjurgħax-xogħol u l-kompetenzi tiegħu. Mhux faċli li jaqsam ma’oħrajn metodi u proċeduri li jkun wasal għalihom b’ħafna xogħol u studju. Meta tagħmel dan tkun qed tagħmlu b’att ta’ fidi, għax ikollok fiduċja fl-ieħor li taf li qiegħed hemm biex iħobb, tagħmlu għax temmen li trid tagħti lilek innifsek biex tibni l-Assemblea.  Ġabra flimkien ta’ konnessjonijiet telematiċi u ta’ qlub hi propju l-bażi tekno-relazzjoni ta’ din l-avventura msejħa Assemblea online.

Is-soltu, il-preżenza tat-tekniċi toħroġ fid-dieher biss meta xi ħaġa ma tiffunzjonax tajjeb. F’din l-Assemblea l-affarijiet huma differenti: bil-ħidma u “l-istil” tagħhom qed jibnu din il-ġrajja kuljum. Grazzi lil kulħadd !

Uffiċċju informazzjoni Moviment tal-Fokolari

 [:][:][:]

News, General Assembly, Special Tags:General Assembly

Post navigation

Previous Post: [:mt]Assemblea ġenerali – Djarju 6 –  29 ta’ Jannar  2021[:]
Next Post: [:mt]Margaret Karram: Il-President il-ġdida tal-Moviment tal-Fokolari[:en]Margaret Karram: the new President of the Focolare Movement[:]

More Related Articles

Focolare Open Day: "Towards a United World" News
“Together – Gathering of the People of God” News
Worldwide Linkup 26 March 2022 News
March Word of Life News
Pentecost Ecumenical Service: "One Fire - Many Logs" News
“The Statutes – a Path and a Mirror”: Lessons of the Popular Marian University – UPM News

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Word of Life

  • Word of Life September 2026

    Word of Life September 2026

    "Love does no harm to a neighbour; therefore love is the fulfilment of the Law" (Rom 13:10).

Follow us on Instagram[

Publications

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Paradise ’49: the mystical dimension in Chiara Lubich

    Paradise ’49: the mystical dimension in Chiara Lubich

    July 3, 2026
  • New publication in Maltese: "Ngħixu l-Kelma" (Living the  Word)

    New publication in Maltese: "Ngħixu l-Kelma" (Living the Word)

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News Updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Sites of interest

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on Forum in Jerusalem

    Video update on Forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram participates in the forum "Within Your Gates" in Jerusalem

    Margaret Karram participates in the forum "Within Your Gates" in Jerusalem

    September 7, 2026
  • Word of Life September 2026

    Word of Life September 2026

    August 31, 2026
  • Kala, an institution

    Kala, an institution

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme